Internazzjonali – Page 471 – One News

Notifiki

Jispiċċa l-ħabs wara li darab mara bi drone

Sid ta’ kumpanija li tieħu r-ritratti mill-ajru f’Seattle ngħata sentenza ta’ 30 jum ħabs wara li drone li kien qed juża baqa’ nieżel fuq mara u spiċċat intilfet minn sensiha.

Paul Skinner instab ħati li minħabba negliġenza darab persuna. Hu mifhum li dan huwa l-ewwel każ li ‘pilota’ ta’ drone ngħata sentenza ta’ ħabs.

Aqra aktar

Trump jakkuża lil Obama li hu l-moħħ wara l-protesti fl-Amerka

Il-President Amerikan Donald Trump akkuża lil predeċessur tiegħu, Barack Obama li huwa l-moħħ wara l-protesti fl-Amerka.

Trump qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet Amerikana, Fox News li jaħseb li Obama jinsab wara dan kollu għaliex in-nies tiegħu qed jipprotestaw kontra r-riformi tiegħu.

Tul l-intervista’ ma’ Fox News, Trump qal li jagħti lilu nnifsu marka bi grad Ċ tal-messaġġ li qed jibgħat lill-Amerikani iżda min-naħa l-oħra ta lilu nnifsu l-ogħla grad ta’ dak li qed jirnexxielu jagħmel biex jaqdi l-interessi taċ-ċittadini Amerikani.

Minkejja li Obama għadu ma kkumentax dwar dak li qal Trump, l-eks President Amerikan ta’ spiss wera nuqqas ta’ qbil mal-politika ta’ Trump tul il-kampanja Presidenzjali.

Ġlieda fuq ferrovija bil-ħobż

Ferrovija kellha titwaqqaf mill-Pulizija wara li passiġġieri li kienu abbord qabdu jiġġieldu u bdew iwaddbu l-bagels.

Minħabba f’hekk il-ferrovija kellha tieqaf f’Potters Bar, f’Hertfordshire fl-Ingilterra fis-sigħa ta’ filgħodu l-Ħadd li għadda.

Aqra aktar

Tnax jindarbu waqt il-karnival f’Rio de Janeiro

Minn tal-inqas tnax-il persuna oħra indarbu wara li karru tal-karnival sfronda f’Rio de Janeiro fis-Sambadrome, il-post fejn ta’ kull sena l-iskejjel tas-samba jtellgħu l-parata tal-karnival.

Passaġġ li kien fuq il-karru, li kien qed jintuża miż-żeffiena, spiċċa sfronda fejn iż-żeffiena spiċċaw waqgħu minn fuqu.

Aqra aktar

Abbuż sfrenat miġbud bil-kamera

Bint anzjana ta’ 85 sena rreaġixxiet b’disgust wara f’filmat deheru infermiera jitrattaw lil ommha b’mod atroċi.

Il-każ seħħ l-Ingilterra. Dora Melton għandha d-dimensja, u l-infermiera kienu qed jipprovdulha servizz id-dar. Fil-filmat jidher ċertu Maurice Campbell ta’ 56 sena itiha fuq rasha, jirwilha l-polz u subajha u jipprova jbellalha l-mediċina.

Aqra aktar

Żewġ persuni jħallsu biex iduru dawra mal-qamar

Kumpanija privata Amerikana li għandha rokit li jispara kapsula spazjali, SpaceX, ħabbret li se tkun qed itella’ żewġ ċittadini privati li ħallsu biex iduru dawra mal-qamar.

Ir-rokit mistenni li jitla’ fl-ispazju lejn l-aħħar tas-sena 2018 fejn il-Kap Eżekuttiv ta’ SpaceX, Elon Musk, qal li “it-turisti diġà ħalsu ammont kbir f’depożitu.”

Aqra aktar

Send this to a friend