L-Istati Uniti qed tneħħi restrizzjonijiet ta’ kuntatti li għandha bejn l-uffiċjali Amerikani u Tajwaniżi.Aqra aktar

L-Istati Uniti qed tneħħi restrizzjonijiet ta’ kuntatti li għandha bejn l-uffiċjali Amerikani u Tajwaniżi.Aqra aktar
Ir-Reġina Eliżabetta t-tieni u żewġha l-Prinċep Filippu d-Duka ta’ Edinburgh ħadu t-tilqima kontra l-Coronavirus, ħabbar dan sors tal-familja rjali.Aqra aktar
Aktar minn 700 immigrant waslu fil-Gżejjer Kanari fi Spanja bil-baħar fl-ewwel sebat ijiem tas-sena, filwaqt li ħames persuni mietu waqt li kienu qed jagħmlu l-vjaġġ tagħhom lejn il-gżejjer, dan skont is-sit Spanjol Europa Press.Aqra aktar
Ajurplan tal-passiġġieri b’madwar 62 persuna abbord għeb ftit tal-ħin wara tluq tiegħu mill-kapitali Indoneżja, Jakarta.Aqra aktar
“Trump jew Gwerra. Illum. Daqshekk sempliċi.”
“Jekk ma tafx tispara, trid titgħallem. ISSA.”
“Se nagħtu s-salt fil-bini tal-Gvern, se noqtlu lill-pulizija, noqtlu lill-gwardji tas-sigurtà, noqtlu lill-impjegati u aġenti federali u se nitolbu għall-għadd tal-voti mill-ġdid.”Aqra aktar
Il-President Amerikan Donald Trump ġie sospiż b’mod permanenti minn Twitter. Il-kumpanija qalet li għamlet dan minħabba riskju li jista’ jerġa’ jinċita l-vjolenza.Aqra aktar
Il-Pulizija għaddejjin bi tfittxija għal raġel li injetta vaċċin falz tal-Coronavirus fil-ġisem ta’ anzjana ta’ 92 sena.
Ir-raġel ħa £160 m’għand l-anzjana li afdatu xħin qalilha li hu ħaddiem tas-servizzi tas-saħħa tar-Renju Unit.
Sa issa l-anzjana ma wriet l-ebda effetti ħżiena wara l-allegat injezzjoni.
Il-kumpanija Hyundai ħolqot konfużjoni dwar il-possibilità ta’ karozza elettrika fi sħab mal-kumpanija Apple.
Dan wara li iktar kmieni ħabbret diskussjonijiet ma’ Apple dwar ħidma fuq karozzi elettriċi li jsuqu waħedhom fejn tennew li d-diskussjonijiet jinsabu fi stadju bikri.
B’din l-aħbar il-valur tal-Hyundai spara għal 9 biljun dollaru.
Fi New Zealand tfajla ta’ 19-il sena mietet wara li ġiet attakkata minn dak li qed jissuspettaw li huwa kelb il-baħar.
Minkejja li saru kull sforzi biex jtellgħu lill-mara li kienet għadha ħajja mill-baħar hija spiċċat mietet fuq il-post.
Il-pulizija nnutaw li l-ġrieħi li sofriet huma simili ta’ attakk minn kelb il-baħar.
Attakki simili huma pjuttost rari f’New Zealand u din hija l-ewwel fatalità mill-2013 l’hawn.
Il-Kummissjoni Ewropea proponiet lill-membri stati biex jixtru addizzjoni ta’ mitejn miljun doża għall-Covid-19 mingħand BioNTech u Pfizer u jekk iridu jistgħu jixtru wkoll mitt miljun ieħor.
B’dan l-Unjoni Ewropea se tkun tista’ tixtri sitt mitt miljun doża ta’ vaċċin, li diġa’ qed tingħata fil-membri stati kollha.
Send this to a friend