Internazzjonali – Page 396 – One News

Notifiki

Rihanna fiċ-centru tal-attenzjoni – jikkummentalha Chris Brown

Il-kantanta Rihanna ta’ 29 minn Barbados, ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta wara li tefgħet ritratti fuq il-midja soċjali hi u tattendi għall-festival Crop Over f’Barbados.

Dawn ir-ritratt juru lill-kantanta b’kostum indurat bil-ġojjelli u b’rix ħodor u roża ma’ dahra. Dan huwa kostum tipiku li wieħed jara f’dan il-festival iżda mhux dejjem kien hekk. Fiż-żmien dan il-festival kien jiġi ċċelebrat bi flokkijiet sempliċi iżda maż-żminijiet in-nies bdew ikunu iktar kreattivi u bdew iħaddnu iktar il-kultura ta’ Crop Over.

Aqra aktar

Il-midja soċjali kapaċi tikxef problemi fis-saħħa mentali

Ritratt kapaċi jgħid ħafna iktar minn elf kelma tant li żewġ riċerkaturi għamlu użu mill-midja soċjali biex jiddeterminaw min ibati mill-kundizzjoni tad-dipressjoni.

Ir-riċerkaturi Chris Danforth mill-Universita’ ta’ Vermont u Andrew Reese mill-Università ta’ Harvard, sabu konnessjoni bejn ir-ritratti li tefgħu 166 student fuq Instagram u l-problemi fis-saħħa mentali permezz ta’ għodda li tanalizza posts u tidentifika min kellu xi problemi fis-saħħa mentali permezz ta’ riċerka li kienet saret qabel.

Aqra aktar

Vittma tal-attakk tan-9/11 identifikat wara 16-il sena

L-eżaminatur mediku ta’ New York qal li vittma ieħor tal-attakk fuq il-World Trade Center, li seħħ fil-ħdax ta’ Settembru ta’ sittax-il sena ilu, ġie identifikat.

Ir-raġel huwa l-elf, sitt mija wieħed u erbgħin persuna li kien identifikat minn total ta’ elfejn, seba mija tlieta u ħamsin persuna li mietu fl-attakk.

Aqra aktar

L-irġiel u ta’ taħt: Int x’tippreferi?

Tul is-snin il-moda inbidlet; kemm f’att ta’ lbies, ta’ moda tax-xagħar, f’att ta’ intokk u saħansitra anke fi ħwejjeġ ta’ taħt.

Filmat li tpoġġa fuq il-midja soċjali Facebook juri kif mis-sena 1916, il-moda tal-ħwejjeġ ta’ taħt tal-irġiel inbidlet b’mod drastiku f’dawn l-aħħar 100 sena.

Għalkemm issa ninsabu fis-sena 2017, xorta waħda hemm kwistjoni fost l-irġiel dwar liema tip ta’ ħwejjeġ ta’ taħt jippreferu – jekk hux il-‘briefs’ jew il-‘boxer shorts’. Int x’tippreferi?

Aqra aktar

Send this to a friend