Internazzjonali – Page 395 – One News

200 qattus ivvalenat f’villaġġ fi Franza

Ir-residenti ta’ villaġġ fin-Nofsinhar ta’ Franza jinsabu ferm inkwetati dan hekk kif madwar 200 qattus, kemm pets u kif ukoll qtates tat-triq, ġew ivvalentati f’inqas minn xahar.

Il-vittmi “tal-qattiel tal-qtates” inqatlu f’Saint Pierre la Mer, qrib f’Montpellier.

Aqra aktar

Aġġornat: Ħamsa maqtula fi sparatura f’Orlando

Ġie kkonfermat li nqatlu ħames persuni f’kumpanija f’Orlando minn eks-impjegat tal-istess kumpanija.

Intqal kif l-aggressur kien impjegat ta’ din il-kumpanija li ġie mkeċċi lura f’April. Hu neħħa ħajtu b’idejh wara li qatel ħames persuni.

Aktar qabel: Il-Pulizija ta’ Florida kkonfermaw li hemm “numru ta’ nies mejta” wara sparatura f’Orlando.

Il-każ seħħ ftit tal-ħin ilu, ġimgħa qabel l-anniversarju ta’ meta seħħ l-attakk li seħħ fi Florida f’post tad-divertiment fejn ħalla 49 persuna mejta.

Ingħad kif l-isparatura intemmet iżda hemm numru ta’ mwiet li x’aktarx tilfu ħajjithom f’negozju.

 

Omm tirreaġixxi għal xogħol skolastiku tad-dar li ngħata lit-tifla tagħha kontra ommijiet li joħorġu jaħdmu

Meta omm saret taf li x-xogħol skolastiku tad-dar tat-tifla tagħha kien jinkludi messaġġ sessist kontra ommijiet li jaħdmu, iddeċidiet li tibgħat il-messaġġ tagħha billi kitbet l-istess mesaġġ iżda b’mod differenti.

Lynne Polvino li għandha 44 sena minn New York kienet għadha kif waslet id-dar u bdiet tlesti l-ikel, meta kif bdiet tgħin liż-żewġt itfal tagħha fix-xogħol tal-iskola ndunat b’hw partikolari li kellha t-tifla.

Kienet storja bl-isem “Back to Work – Lura għax-Xogħol”, li kienet tinkludi sezzjonijiet mhux mimlija għall-istudnenti biex jimlew il-vojt.

Aqra aktar

Send this to a friend