Internazzjonali – Page 392 – One News

Notifiki

Il-Messiku jintlaqat minn terremot ieħor

Terremot ta’ qawwa 6.1 fuq l-Iskala Richter laqat lil Oaxaca fil-Messiku, aktar kmieni llum.

It-terremot inħass 257 mili ‘l bogħod minn Mexico City. Dan hekk kif l-epiċentru kien bejn iż-żewġ żoni li laqtu żewġ terremoti akbar fil-Messiku – wieħed ta’ qawwa 7.1 li seħħ t-Tlieta li għadda qrib il-kapital, u ieħor ta’ qawwa 8.1 li seħħ fit-8 ta’ Settembru qrib l-istat ta’ Chiapas.

S’issa jidher li dan it-terremot ma ħalla ebda ħsarat estensivi.

Mhux daqshekk differenti minnha

Studju ġdid wera li l-moħħ tal-ispeċi Neanderthal kien jiżviluppa aktar bil-mod minn dak tal-ispeċi li oriġinajna minnha aħna l-umani moderni.

Disgħa u erbgħin elf sena ilu ġewwa dik li llum nafuha bħala Spanja, tifel Neanderthal miet ftit tax-xhur qabel għalaq it-tmien snin. Fix-xhur li għaddew xjentisti eżaminaw l-iskeletru li nstab fl-għerien magħrufa bħala El-sidron fid-dettall u ħarġu bit-twemmin li r-rata tat-tkabbir tat-tifel tixbah ħafna dik ta’ tifel uman tal-preżent.

Din is-sejba għalhekk tbiddel dak li s’issa kien emmnut.

Sa issa kien maħsub li konna l-unika speċi li l-imħuħ tagħhom jiżviluppaw relattivament bil-mod. B’differenza ma’ xadini oħra u bnedmin aktar primittivi, l-Homo sapiens għandu perjodu estiż ta’ tfulija li jdum għal diversi snin.

Iżda skont r-riżultat ta’ dan l-istudju nstab li jekk xejn, l-imħuħ tan-Neanderthal setgħu żviluppaw aktar bil-mod minn tagħna, li jqajjem il-possibbiltà intriganti li l-imħuħ ta’ din l-ispeċi estinta setgħu kienu aktar avvanzat minn tagħna.

Tiżdied it-tensjoni bejn il-Korea’ ta’ Fuq u l-Amerka

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq, Ri Yong Ho wissa lil Gvern Amerikan li t-theddid mill-President Trump jistgħu iwasslu għal aktar provi ta’missili nukleari fl-oċean Paċifiku.

Ri Yong Ho qal lil ġurnalisti fi New York li din tista tkun l-akbar bomba nukleari li qatt ġiet pruvata fuq l-istess oċean. Yong Ho kien l-Amerka sabiex jinidirizza il-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Maqgħuda imma għal xi raġuni irtira milli jgħamel dan.

Dawn il-kummenti segwew id-diskors televiżiv ta’ Kim Jong Un fejn li l-Amerka se tkun qed tpatti qares għall-kummenti ta’ Trump li ħa jkisser lill-Korea ta’ Fuq. Kim qal li kien qed jikkunsidra miżuri għall-kummenti ta’ Trump. Kim kompla billi akkuża lil Trump li muhiex mentalment stabbli.

Il-Ministru tad-Difiża Ġappuniż stqarr li dawn il-kummenti żiedu ferm it-tensjoni fir-reġjun u ma tenn jistax ikun li jkun hemm aktar missili Koreani għadejjin minn fuq pajjiżu.

Theresa May mistennija tikser is-skiet dwar Brexit bi proposta ta’ deal għal sentejn

F’diskors importanti li se tkun qed tagħmel f’Firenze llum il-Ġimgħa, il-Prim Ministru Ngliża hija mistennija toffri soluzzjonjiet ġodda biex tissolva l-kwistjoni tal-Brexit.

Skont sorsi rilaxxati qabel d-diskors tagħha, hija mistennija tipproponi ftehim ta’ tranżizzjoni ta’ sentejn, li jibda minn wara li r-Renju Unit uffiċjalment iħalli l-blokka ta’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Issemmiet ukoll is-somma ta’ għoxrin biljun ewro, li mistennija tkun offerta biex ikun kopert it-telf ta’ fondi li se ssofri l-Unjoni Ewropea bil-ħruġ tar-Renju Unit.

Hija mistennija tgħid li ftehim finali ta’ suċċess huwa fl-interess mhux biss tar-Renju Unit iżda wkoll tal-bqija tal-pajjiżi tal-UE.

“Jekk jirnexxielna nagħmlu dan, allura meta jinkiteb dan il-kapitlu tal-istorja Ewropea mhux se nkunu mfakkra għad-differenzi li ffaċċjajna, imma għall-viżjoni li urejna, mhux għall-isfidi li ġarrabna imma għall-kreattività li użajna biex negħlbuhom, mhux għal relazzjoni li spiċċat iżda għal sħubija ġdida li bdiet. ”

Ir-raba’ rawnd ta’ negozjati għall-Brexit mistenni jibda fil-25 ta’ Settembru li ġej, bir-Renju Unit mistenni jħalli l-UE f’Marzu 2019.

Send this to a friend