Internazzjonali – Page 391 – One News

Notifiki

Fallew id-diskussjonijet għall-koalizzjoni tal-Gvern Ġermaniż

Fallew id-diskussjonijiet sabiex jinħoloq gvern ta’ koalizzjoni fil-Ġermanja wara li l-Free Democratic Party ma komplix bin-negozjati. Il-mexxej tagħhom Christian Lindner qal li ma kien hemm l-ebda bażi ta’ fiduċja mal-parti mal-bloc konservattiv tal-Kanċillier Angela Merkel u mal-Ħodor.

Għadu mhux ċert x’inhu l-pass li jmiss. Iżda Merkel mistennija titltaqa mal-President Frank-Walter Steinmeier, li għandu l-poter li jsejjaħ elezzjoni bikrija. Il-bloc ta’ Merkel rebaħ l-elezzjoni ta’ Settembru, iżda ħafna votanti m’ għażlux lil partit popolari.

Imut il-moħħ tal-kult the Manson Family

Imut Charles Manson, l-eks mexxej tal-kult the Mason Family. Charles Manson kien il-moħħ wara l-qtil fuq l-attriċi Sharon Tate u sitt persuni oħra lejn l-aħħar tas-snin sittin. F’Jannar Manson inħareġ mill-ħabs fejn kien qed jinżamm u ttieħed ġo sptar wara li kellu infezzjoni fil-musrana. Minn hemm it-tobba baqgħu ma ċċertifikawħx li huwa fi stat ta’ saħħa tajba li jerġa jmur il-ħabs u baqa’ miżmum go sptar taħt sigurtà stretta.

Fl-1971 Mason li għandu Swastika mpinġija f’nofs moħħu instab ħati fuq qtil u komplott fuq qtil ta’ seba’ persuni.  Is-sentenza kapitali li kien inagħta oriġinarjament nbidlet f’seba’ sentenzi t’għomor il-ħabs. Manson applika għal parole xejn inqas minn tnax –il darba madankollu l-Qorti Amerikana ċaħdet kull wieħed minnhom.

Send this to a friend