Internazzjonali – Page 390 – One News

Notifiki

Ryanair bi pjan li tgħid lill-piloti tagħha biex imexxu l-vaganzi tagħhom

Il-Kap ta’ Ryanair, Michael O’Leary qal li l-kumpanija qed tippjana li tgħid lil uħud mill-piloti tagħha biex imexxu l-pjanijiet li għandhom tal-vaganzi tagħhom b’ġimgħa hekk kif qed jiġġieldu biex isolvu l-problema ta’ diversi titjiriet li ġew ikkanċellati.

Ħabbar dan waqt il-Laqgħa Annwali tal-linja tal-ajru f’Dublin. Aqra aktar

Tkompli l-ħidma ta’ salvataġġ fil-Messiku

Gruppi tas-salvataġġ għaddejjin b’ħidma kontra l-ħin biex jilħqu persuni li setgħu salvaw iżda għadhom maqbudin taħt it-tiġrif ta’ skola f’Mexico City. Skola li ġġarrfet kawża tat-terremot li seħħ fil-jum tat-Tlieta.

Uffiċjali qalu lil BBC li waħda minnhom, li għandha tlettax-il sena, qed tistkenn taħt mejda.
Aqra aktar

Refuġjata mill-Iraq imfaħħra wara li rritornat basket b’€14,000 għand il-Pulizija

Il-Pulizija ta’ Berlin qed ifaħħru l-ġest nobbli ta’ refuġjata Iraqina li rritornat lura basket li sabet, u li fih kellu  €14,000.

Il-basket tħalla fl-istazzjon tal-ferrovija l-Ġimgħa filgħaxija wara li anzjana ta’ 78 sena nesietu warajha.

Ftit wara li nesietu, indunat li għamlet żball kbir u infurmat lill-awtoritajiet tal-ferrovija, iżda sfortunatament ma setgħux isibu l-basket.

Kienet proprju studenta ta’ 16-il sena li sabet il-basket u qalet lill-ommha dwar is-sejba tagħha. Jumejn wara l-basket ittieħed għand il-Pulizija biex b’hekk l-anzjana ngħatat il-basket bil-flus li nesiet warajha.

Rooney jispiċċa mingħajr liċenzja għal sentejn

L-eks plejer Internazzjonali tal-Ingilterra, Wayne Rooney, ma jistax isuq għal sentejn wara li wieġeb ħati li saq taħt l-effett tal-alkoħol.

Rooney twaqqaf mill-Pulizija ta’ Wilmslow waqt li kien qed isuq karozza Volkswagen Beetle sewda fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, l-Ġimgħa l-1 ta’ Settembru.

Aqra aktar

Aktar sanzjonjijet se jaċċeleraw il-programm nukleari

Il-Korea ta’ Fuq avżat li aktar sanzjonijiet fuqha ser iservu biss biex jaċċeleraw il-programm nukleari tagħha.

Fi stqarrija bi kliem qawwi fuq ix-xandir tal-istat, il-Korea ta’ Fuq ddeskriviet is-sanzjonijiet ġodda imposti mill-Ġnus Magħquda bħala “l-iktar att brutali, immorali u inuman ta’ ostilità”.

Safrattant, il-presidenti tal-Istati Uniti u taċ-Ċina qablu biex mhux biss ma jtaffux l-pożizzjoni tagħhom fuq Pyongyang talli “jimmassimizzaw il-pressjoni” fuq dan l-istat, b’infurzar aktar qawwi ta’ reżoluzzjonijiet tal-ĠM.

Aqra aktar

Send this to a friend