Internazzjonali – Page 386 – One News

Notifiki

Persuni ta’ età medja mħeġġa jimxu aktar mgħaġġel

Persuni li huma ta’ età medja qed jiġu mħeġġa biex jimxu aktar mgħaġġel biex jibqgħu b’saħħithom, dan wara t-tħassib li kien hemm dwar kif meta wieħed ikun inattiv, jgħolew ir-riskji fis-saħħa.

L-awtoritajiet mis-settur tas-Saħħa fl-Ingilterra qal li l-ammont ta’ persuni li huma attivi beda jonqos mill-età ta’ 40 sena.

Huma qed isostnu li dawk li huma fl-età ta’ bejn l-40 u s-60 sena għandhom jimxu b’mod aktar mgħaġġel.

Anke jekk 10 minuti kuljum jista’ jħalli impatt pożittiv fuq ħajtek, fejn jonqos ir-riskju li titlef ħajtek kmieni b’15%.

Maltempata tħalli 12-il persuna mejta fiċ-Ċina

Maltempata kbira li laqtet liċ-Ċina, ħalliet 12-il persuna mejta u mijiet oħra midruba.

Tifun Hato ħakem liċ-Ċina l-Erbgħa qrib il-belt Zhuhai fil-provinċja ta’ Guangdong.

Il-livell ta’ periklu għola għall-għola li jista’ jkun f’Hong Kong.

Il-Maltempata ġabet magħha ħafna ħsarat fejn kawża tax-xita li għamlet kien hemm l-għarar.

AĠĠORNAT: Jikkanċellaw kunċert wara sejba ta’ vann mimli b’ċilindri tal-gass

Il-Pulizija arrestat ġuvni ta’ 22 sena f’Brabant, sigħat wara li ġie kkanċellat il-kunċert f’Rotterdam.

Ir-raġel ġie arrestat fis-2:00 ta’ filgħodu wara li ġie ssuspettat li kien l-persuna li hedded li se jwettaq l-attakk

Aktar Qabel: Vann li fih kien hemm ċilindri tal-gass instab viċin post fejn kellu jsir kunċert tal-mużika f’Rotterdam, sigħat wara li informazzjoni anonima mingħand il-pulizija Spanjola wasslet biex jitħassar kunċert tar-rock.

Aqra aktar

Theresa May tgħid li l-Qrati Ewropej mhux se jkollhom ġurisdizzjoni fuq ir-Renju Unit

Theresa May insistiet li l-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ewropea fuq ir-Renju Unit tasal fi tmiemha ma’ Brexit.

Hekk kif il-Gvern ippubblika dettalji ġodda fuq il-pożizzjoni tiegħu, l-Prim Ministru May qalet li r-Renju Unit se jieħu lura l-kontroll fuq il-liġijiet tiegħu.

Dan filwaqt li kritiċi qalu li ser tkun impossibli li jevitaw l-Imħallfin Ewropej li għandhom irwol fuq l-infurzar ta’ ftehimiet ġodda mal-Unjoni Ewropea.

Arrestat ġuvnot li żifen il-Macarena

Ġuvnott ta’ erbatax-il sena li filmat tiegħu jiżfen il-Macarena fuq Twitter inxtered ma’ kullimkien spiċċa ġie arrestat mill-awtoritajiet.

Dan wara li qed ikun akkużat b’imġieba mhux xierqa fil-pubbliku hekk kif żifen fi triq fl-Arabja Sawdija.Aqra aktar

Send this to a friend