Internazzjonali – Page 385 – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Il-Qorti Ewropea tiċħad l-isfidi tal-Lvant tal-Ewropa dwar il-kwota tal-immigranti

Illum,Il-Qorti Ewropea ċaħdet l-isfidi li għamlu l-Ungerija u l-Islovakkja dwar il-kwota ta’ migranti li qed ifittxu ażil fejn kull membru stat tal-Unjoni Ewropea jrid jilqa’ numru ta’ persuni. Meta ressqu l-każijiet tagħhom quddiem il-Qorti Ewropea l-Ungerija u l-Islovakkja argumentaw li kien hemm żballji proċedurali u kif dawn il-kwoti xorta waħda ma kienux se jsolvu l-kriżi tal-migrazzjoni.

Aqra aktar

Tinqatel ġurnalista fl-Indja

Ġurnalista Indjana prominenti, Kritika tal-politika nazzjonalista Hindu nqatlet fl-istat tan-Nofsinhar tal-pajjiz, Karnataka.

Gauri Lankesh, ta’ 55 sena nstabet f’għadira demm fl-għatba tal-bieb tad-dar tagħha, fil-belt ta’ Bangalore.

Hija nqatlet b’tir f’rasha u f’sidirha minn agressuri li waslu bil-mutur.

Il-motiv wara dan l-att għadu mhux ċar iżda attivisti qalu li l-ġurnalisti Indjani qegħdin dejjem aktar ikunu fil-mira ta’ tar-radikali hindu.

Fl-aħħar snin, ġurnalisti li kienu kritiċi lejn dawn il-politiċi, ġew imxejna fuq il-midja soċjali, filwaqt li bosta ġurnalisti nisa ġew mhedda bi stupru u attakk.

Erbgħa membri tal-Armata Ngliża arrestati dwar Neo-Naziżmu

Il-pulizija fl-Ingilterra arrestat erbgħa membri  tal-Armata Ngliża bħala miżura kontra t-terroriżmu wara li dawn qed jiġu ssuspettati b’involviment fil-partit Neo-Nażi ‘National Action’.

L-irġiel issuspettati qed jinżammu taħt il-kustodja tal-pulizija fl-għassa ta’ West Midlands, taħt suspett li huma kienu parti mill-ippjannar u twettiq ta’ atti ta’ terroriżmu .

Aqra aktar

Id-Dukessa ta’ Cambridge tirbaħ €50,000 f’danni

Żewġ rivisti Franċiżi ġew ordnati mill-Qorti Franċiża jħallsu mal- €100,000 lill-koppja rjali għad-danni morali wara l-publikazzjoni ta’ ritratti mingħajr ħwejjeġ tad-dukessa ta’ Cambridge ħames snin ilu.

Weħel multa wkoll l-editur u sid tar-rivista Closer. Ir-ritratti msemmija kienu ttieħdu minn fotografi mqabbda minn dan il-magażin waqt li Kate u William kienu qiegħdin fuq vaganza fi Provenza f’residenza privata. Ir-ritratti meħudin mill-bod kienu ġew stampati kemm fuq il-faċċata u kif ukoll fuq il-paġni ta’ ġewwa ta’ din il-pubblikazzjoni lura fl-2012.Aqra aktar

L-Istati Uniti titlob iktar sanzjonijiet kontra l-Korea ta’ Fuq

Bl-aħħar test nukleari li għamel, Kim Jong-un, il-Kap tal-Korea ta’ Fuq “qed jitlob għall-gwerra” qal il-mibgħut speċjali tal-Istati Uniti għan-Nazzjonijiet Uniti,Nikki Haley.

Waqt laqgħa b’urġenza tal-Kunsill tas-Sigurtà f’New York, il-mibgħut speċjali qal li l-Istati Uniti ma jridux gwerra iżda “il-paċenzja tagħhom għandha limitu”.Aqra aktar

Lil Wayne l-isptar wara attakki tal-epilessija

Lil Wayne, artist ta’ fama mondjali ttieħed l-isptar wara li kellu numru ta’ attakki tal-epilessija. Dan wara li nstab mitluf minn sensih f’kamra f’lukanda f’Chicago.

Dan tħabbar fuq midja barranija fejn ġie sostnut li l-artist li għandu 34 sena, li jbati bl-epilessija, kellu numru ta’ attakki u kellu attakk ieħor kif wasal fl-emerġenza.

Hu kien mistenni li jtella’ spettaklu f’Las Vegas il-Ħadd filgħaxija.

L-artist magħruf l-aktar għall-mużika rap, kien ingħata l-għajnuna sena ilu wara li kellu żewġ attakki.

 

Send this to a friend