Internazzjonali – Page 382 – One News

Notifiki

Jgħosfor għal ftit ħin il-profil ta’ Twitter ta’ Trump

Il-profil ta’ Twitter tal-President Amerikan, Donald Trump għosfor għal ftit ħin tul il-jum tal-Ħamis.

Dan wara li impjegat ta’ Twitter, fl-aħħar ġurnata tax-xogħol tiegħu, ħassar dan l-istess kont.

Donald Trump għamel minn tal-inqas ħdax-il minuta mingħajr Twitter iżda jidher li dan reġa’ ġie attivat, bi Twitter qiegħda tinvestiga l-każ.Aqra aktar

Whatsapp bi problemi tekniċi

Eluf ta’ persuni dalgħodu qamu bi problema fl-app tal-Whatsapp hekk kif ma setgħux jibgħatu messaġġi lil min riedu.

Dan hekk kif meta bdew jippruvaw jidħlu fl-app, din bdiet turi li għadha qed taqbad.

Kienu bosta li lmentaw fuq pjattaformi diversi, fosthom fuq Twitter. Skont DownDetector, sit li jidentifika apps li jkollhom problemi, fejn dan wera li l-problema laqtet bosta fl-Ewropa iżda apparti minn hekk jidher li din il-problema hi ukoll globali.Aqra aktar

Eluf ta’ Katalani joħorġu jipprotestaw fit-toroq

Eluf ta’ Katalani ipprotestaw wara li tmien eks ministri reġjonali tal-Katalunja ġew arrestati minħabba d-dikjarazzjoni ta’ Indipendenza ta’ Katalunja minn ma’ Spanja.

L-uffiċjali, li dehru quddiem l-ogħla qorti ta’ Spanja, qed ikunu akkużati b’ribelljoni, sedizzjoni u miżaproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi.Aqra aktar

Attakk terroristiku fi New York

Tmien persuni tilfu ħajjithom u ħdax oħra ndarbu serjament fi New York wara li spiċċaw vittmi t’attakk terroristiku.

Ħamsa mill-mejta kienu ħbieb mill-Arġentina li flimkien ma’ grupp ta’ ħames persuni oħra kienu fi New York biex jiċċelebraw it-tletin anniversarju minn meta ggradwaw.

L-attakk seħħ f’Manhattan, meta raġel saq f’karreġġjata taċ-ċiklisti, u qabad jispara fl-istess waqt li jsuq bi trakk fuq dawk li kienu qed isuqu r-rota u oħrajn li kienu għaddejjin mill-inħawi.Aqra aktar

Send this to a friend