Internazzjonali – Page 381 – One News

Notifiki

Ryanair se tkun qed tikkanċella madwar 50 titjira kuljum

Il-kumpanija tal-linja tal-ajru Ryanair se tkun qed tikkanċella 50 titjira kuljum għal dawn is-sitt ġimgħat li ġejjin, dan sabiex ittejjeb l-puntwalità tat-titjiriet.

Dan il-pjan tħabbar mir-Ryanair ilbieraħ  fejn ġie sostnut li mhux aċċettabbli li 80% tat-titjiriet ta’ dan ix-xahar ma waslux fil-ħin.

Apparti minn hekk l-istess kumpanija sostniet li din id-deċiżjoni ttieħdet ukoll sabiex issolvi l-problema tal-leave tal-ħaddiema li akkumula matul din is-sena.

Din id-deċiżjoni se tkun qed taffetwa madwar 285,000 passiġġier, li ġew offruti titjiriet alternattivi jew flushom lura.

Kienu bosta li lmentaw fuq il-midja soċjali fejn sostnew li mhux sew li bniedem ġie mwissi dwar din id-deċiżjoni jum qabel it-titjira.

 

AĠĠORNAT: Żagħżugħ arrestat b’rabta mal-attakk f’Londra

Żagħżugħ ta’ 18-il sena ġie arrestat mill-Pulizija ta’ Kent b’rabta mal-attakk li seħħ fit-Tube f’Londra lbieraħ filgħodu.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Aktar Qabel: Il-Pulizija tal-Ingilterra bħalissa għaddejja bi tfittxija għall-moħħ wara l-attakk li seħħ fuq it-Tube f’Londra. Dan wara li ntuża apparat bħala splussiv fuq it-Tube fejn il-Pulizija bħalissa qed tanalizza filmati meħuda minn kameras tas-sigurtà sabiex forsi jaqbdu min wettaq l-attakk.

Minn tal-inqas 29 persuna midruba, bil-maġġor parti tagħhom iġarrbu ġrieħi relatati ma’ ħruq.Aqra aktar

Jammetti li kkawża l-mewt ta’ tifla ta’ sentejn

Ġuvni ta’ 23 sena ammetta li qatel tifla ta’ sentejn minn Perthsire, bl-isem ta’ Harlow Edwards, wara li saq b’mod perikoluż bil-konsegwenza li tilef il-kontroll u baqa’ dieħel fuq it-tifla li kienet fuq il-bankina.

Luke Pirie tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u kkawża l-mewt ta’ tifla ta’ sentejn f’Coupar Angus f’Ottubru li għadda. Aqra aktar

Send this to a friend