Internazzjonali – Page 373 – One News

Notifiki

Maltemp qawwi fil-Ġermanja u fl-Olanda

Bini agrikolu waqa’ matul maltempata qawwija f’Mimressen, fil-Ġermanja ċentrali, il-bieraħ il-ħamis 18 ta’ Jannar.
L-operatur ferrovjarju Ġermaniż Deutsche Bahn issospenda t-traffiku ferrovjarju ta’ distanzi twal u anke wissew dwar dewmien possibbli.
Is-servizzi ferrovjarji fin-North Rhine-Westphalia u partijiet ta’ Rhineland-Palatinate, fil-punent tal-pajjiż, baqgħu sospiżi u Deutsche Bahn qed iħabbru li mhux se jerġgħu jibdew is-servizz illum il-ġimgħa.

Il-maltempata, imsejħa Friederike, kellha irjieħ aktar b’saħħithom minn 100 kph (60 mph), u issa jidher li qiegħda fi triqtha lejn il-Polonja.

Tħassru wkoll numru ta’ tijiriet bil-konsegwenza li bosta passiġġieri qed jinġemgħu fl-ajruporti tal-pajjiż.

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand ħabbret li qed tistenna tarbija

Il-Prim Ministru Jacinda Ardern qalet li hi u s-sieħeb tagħha, Clarke Gayford, qed jistennew il-wild tagħhom f’Ġunju, u qalet li appena jitwieled, se tieħu waqfa ta’ sitt ġimgħat.

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand, li għandha sebgħa u tletin sena, mistennija tkun it-tieni mexxej elett li twelled waqt li kienet fil-kariga tagħha, u l-ewwel waħda fi żmien tletin sena.

Ardern saret l-iżgħar Prim Ministru ta’ New Zealand mill-elf tmien mija sitta u ħamsin, u ffurmat koalizzjoni ċentru-xellugi f’Ottubru.

Ċaħdu li ttorturaw lil uliedhom

Il-ġenituri mixlija li ttorturaw lit-13-il wild tagħhom f’Kalifornja wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.

Dan fl-aħħar żviluppi b’rabta mal-każ li aktar kmieni din il-ġimgħa ħasad u xxokkja lil bosta, meta l-koppja ġiet arrestata mill-Pulizija wara li din tal-aħħar sabet lit-tfal miżmuma ostaġġi f’darhom stess. Ingħad li wħud minnhom kienu marbuta mas-sodod bil-ktajjen u katnazzi fi kmamar mudlama.Aqra aktar

Ana Gomes ma titkellimx f’isem il-grupp tas-Soċjalisti

Il-viċi chairperson tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropew Fajon qalet li l-membru parlamentari Ewropew Ana Gomes ma titkellimx għall-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej.

Hija kienet qed tirreaġixxi għall-kummenti li għaddiet Gomes dwar il-Prim Ministru Joseph Muscat, Konrad Mizzi, Keith Schembri u dwar is-sitwazzjoni f’Malta.

Hija qalet li riedet tagħmilha ċara li Gomes ma titkellimx f’isem il-Grupp tas-Soċjalisti. Qalet li bħal f’kull qasam ieħor, se jkunu qegħdin jgħarblu l-allegazzjonijiet u l-akkużi li nġiebu quddiemhom.

Madankollu sostniet li d-deċiżjonijiet tagħhom jieħduhom skont bażi ta’ evidenza ċara li trid titressaq quddiemhom.

 

It-tielet wild ta’ Kim Kardashian u Kanye West

Jasal it-tielet wild ta’ Kim Kardashian West u Kanye West. Dan hekk kif tħabbar li l-mara Awstraljana li kienet qed iġġorr it-tarbija tal-koppja famuża mondjali weldet tifla kmieni t-Tnejn filgħodu.

Kim ħabbret din il-wasla fuq is-sit tagħha fejn kitbet: She’s here! We’re so in love! Kien minħabba kumplikazzjonijiet serji li Kim u Kanye għażlu li din id-darba jkollhom surrogate dan hekk kif wara t-twelid ta’ North u ċ-ċkejken Saint, it-tabib kien qalilhom li diffiċli jkollhom it-tielet wild.

S’issa għadhom ma kkonfermawx l-isem tat-tarbija l-ġdida, iżda wara l-ismijiet li semmew liż-żewġ uliedhom l-oħra, kulħadd qed jistenna xi isem oriġinali u mhux tas-soltu.

Send this to a friend