Internazzjonali – Page 372 – One News

L-irġiel u ta’ taħt: Int x’tippreferi?

Tul is-snin il-moda inbidlet; kemm f’att ta’ lbies, ta’ moda tax-xagħar, f’att ta’ intokk u saħansitra anke fi ħwejjeġ ta’ taħt.

Filmat li tpoġġa fuq il-midja soċjali Facebook juri kif mis-sena 1916, il-moda tal-ħwejjeġ ta’ taħt tal-irġiel inbidlet b’mod drastiku f’dawn l-aħħar 100 sena.

Għalkemm issa ninsabu fis-sena 2017, xorta waħda hemm kwistjoni fost l-irġiel dwar liema tip ta’ ħwejjeġ ta’ taħt jippreferu – jekk hux il-‘briefs’ jew il-‘boxer shorts’. Int x’tippreferi?

Aqra aktar

Jibdew jgħixu flimkien mal-iljuni u x-xadini

Meta Dean u Tracy Tweedu bdew ifittxu biex jixtru petting zoo żgħir f’Kent, żgur ma stennewx li se jkunu qed jixtru żoo li jintuża f’Wales – komplut bl-iljuni, xadini u kif ukoll leopardi.

B’idea ġenjali li jinkorporaw t-terapija bl-annimali flimkien mal-karriera ta’ Tracy bħala psikoterapista, il-koppja sabu li f’ċertu nħawi kien jiswa wisq flus, u kien għalekk li bdew ifittxu ftit aktar ‘il bogħod.

Aqra aktar

Il-Highlands Skoċċiżi milquta minn l-iktar terremot qawwi f’30 sena

Terremot li laqat l-Highlands Skoċċiżi qed jitqies bħala l-ikbar terremot li qatt seħħ fir-reġjun tul dawn it-tletin sena.

il-British Geological Survey sostnew li t-terremot, li laqat iż-żona ta’ Moidart ftit qabel l-15:45 il-Ġimgħa, irreġistra fuq l-iskala richter qawwa ta’ 3.8.

It-terremot inħass sew f’dawk l-inħawi tal-Iskozzja, fejn l-aħħar terremot qawwi li kien irreġistrat kien f’Settembru tal-1986 ta’ qawwa 4.1.

Kienu bosta li qasmu l-esperjenza tagħhom permezz ta’ messaġġi fuq il-midja soċjali.

Send this to a friend