Internazzjonali – Page 371 – One News

Notifiki

ATTENTAT TERRORISTIKU ĠEWWA F’MANHATTAN

Il-Pulizija f’Manhattan qed tinvestiga attentat terroristiku ġewwa terminus tat-trasport pubbliku ġewwa Manhattan fi New York. Kawża tal-isplużjoni ġew evakwat Port Authority Terminal. Allegatament dan it-terminal huwa l-akbar wieħed fl-Istati Uniti kollha u minnhu jgħaddu mas-65 miljun passiġġier fis-sena.

L-isplużjuni seħħet kawża ta’ ġaketta bomba fuq raġel li kien miexi f’passaġġ pubbliku. Dan il-persuna inqabad mill-pulizija Amerikana ftit tal-ħin wara u ttieħed l-isptar b’ambulanza mħarsa minn sigurta stretta.

Fi tweet l-FDNY qalet li kawża tal-isplużjoni kien hemm persuna li sofriet ġrieħi iżda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.

Send this to a friend