Internazzjonali – Page 370 – One News

Notifiki

Il-mara tat-tifel ta’ Trump l-isptar

Il-mara tat-tifel tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trumo, Vanessa Trump, ittieħdet l-isptar wara li fetħet envelop li kellu trab abjad.

L-ittra li kienet indirizzata lit-tifel ta’ Donald Trump, Trump Jr, fl-appartament tiegħu f’Manhattan.

Kemm hi u kif ukoll żewġ persuni li kienu magħha ttieħdu l-isptar sabiex jiġu evalwati.

Bħalissa għaddejja investigazzjoni dwar dan l-envelop.

 

Ara: Ermal Meta u Fabrizio Moro jirbħu San Remo

Kanzunetta b’messaġġ b’saħħtu rebħet l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-festival ta’ Sanremo, festival segwit minn bosta Maltin. B’dan il-festival Taljan li kull sena jittella’

Kantant t’oriġini Albaniża u ieħor Taljan rebħu t-tmienja u sittin edizzjoni tal-festival popolari Sanremo b’kanzunetta b’messaġġ b’saħħtu.

Il-kanzunetta Non mi avete fatto niente titkellem dwar il-gwerer u t-terroriżmu li primarjament laqat bliet Ewropej.

Ermal Meta u Fabrizio Moro kienu fost il-favoriti li jirbħu Sanremo, li b’pompa liema bħala reġa’ itella’ fit-teatru Ariston.

Aqra aktar

Ara: Ilhom 78 sena popolari: Tom & Jerry

Min qatt ma ra Tom & Jerry? Min jaf kemm rajnieh meta konna żgħar u għadna narawh illum ma’ uliedna, neputijiet jew familjari u anke waħedna.

Wara kollox, dawn il-puntati għadhom joħorgu sal-lum. L-oriġinaturi ta’ dawn il-karattri kienu William Hanna u Joseph Barbera.

Primarjament inħolqu 114-il puntata għall-kumpanija Metro Goldwyn Mayer.

Flok l-isem ta’ Tom, il-qattus kellu jkun jismu Jasper.

F’Malta, ħafna nies speċjalment l-adulti, jirreferu għalih bħala tal-qattus u l-ġurdien.

Aġġornat: Diżgrazzja fl-ajru: 71 passiġġier maħsuba mejta

Ajruplan Russu b’71 passiġġier ġie rrapportat nieqes wara li telaq mill-ajruport internazzjonali ta’ Domodedova f’Moska, ir-Russja. Dan kien ikkonfermat lill-midja Russa minn sorsri qrib is-servizzi tal-emerġenza.

L-ajruplan għib minn fuq ir-radar għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar ħin lokali (13.00) minn għoli ta aktar minn ħames t’elef pied. Fuq l-ajruplan kien hemm ħamsa u sittin passiġġier flimkien ma’ ekwipaġġ ta sitt persuni.

L-ajruplan tat-tip Antonov 148 telaq mill-ajruport ta’ Moscow Domodedovo lejn Orsk viċin tal-fruntiera ta l-Każakstan.

18-il persuna mejta f’inċident f’Hong Kong

Tmintax il-persuna mietu f’Hong Kong. Dan wara inċident tat-traffiku li fih kienet involuta karozza tal-linja fil-Jum tas-Sibt. B’dan l-inċident huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar diżastrużu li seħħew f’Hong Kong fl-aħħar snin.

L-inċident seħħ f’ waħda mill-highways ewlenin.Aqra aktar

Tiġrija kontra l-ħin biex tinstab maħbuba għal Romeo

Xjentisti f’Bolivia jinsabu f’tiġrija kontra l-ħin hekk kif qed ifittxu maħbuba għaż-żrinġ Romeo, hekk kif x’aktarx hu huwa l-aħħar żrinġ tal-ispeċi tiegħu.

Romeo li għandu għaxar snin u huwa żrinġ tal-ilma li jissejjaħ Sehuencas, ilu jgħajjat għal maħbuba għal dawn l-aħħar disa’ snin.Aqra aktar

Il-Korea ta’ Fuq torganizza parata militari qabel is-soltu

Il-midja tal-Korea t’ Isfel qalet li jidher li l-Korea ta’ Fuq organizzat parata militari, jum qabel l-Olimpjadi tax-Xitwa.

L-attivita annwali normalment issir f’April, iżda Pyongyang wieġeb lura għall-kritika mill-Istati Uniti fuq id-deċiżjoni li din saret qabel.

It-televiżjoni tal-istat beda juri filmati partijottiċi f’dak li deher bħala preludju għal xandira live. Iżda rapporti iktar tard qalu li l-parata kienet ġa saret.

Send this to a friend