Internazzjonali – Page 369 – One News

Notifiki

IMUT WARA ĦABTA FL-AJRUPORT TA’ HEATHROW

Inġinir tal-linja tal-ajru British Airways, tilef ħajtu wara kollużjoni bejn żewġt vetturi fl-ajruport ta’ Heathrow fl-Ingilterra.

Il-vittma li kellu 40 sena miet fi triqtu lejn l-isptar minkejja diversi attentati tal-ewwel għajnuna fuq il-post tal-inċident u fl-ambulanza.

Hu mifhum li kawża ta’ dan l-inċident, ġew affetwati 20 titjira tal-British Airways.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għaddejin fuq dan il-każ.

Miet il-prinċep li dejjem xtaq isir re

Il-Prinċep Henrik tad-Danimarka; raġel tar-Reġina Margerita li kien magħruf li ma kienx kuntent għax qatt ma kellu t-titlu ta’ re, miet fl-età ta’ 83 sena.

L-istil pompuż tiegħu kien kemm maħbub u anke kkritikat mid-Daniżi.

Irrabjat bit-titlu rjali li kellu, lura fis-sena 2017 kien ħabbar li ma jridx jindifen maġenb martu u b’hekk dan ifisser li tradizzjoni ta’ 459 sena li koppji rjali jindifnu ħdejn xulxin, tkissret.

Dan l-aħħar il-Princep Henrik kienet ħakmitu l-marda kerha tad-dimensja.

Bil-filmat: Għal San Valentinu, attent mill-kelb

Jekk għadha beħsiebek tixtri warda għall-maħbub jew maħbuba tiegħek, attent li ma jkollokx kelb li tgħoġbu t-togħma tagħha.

Dan il-filmat ittella’ fuq il-midja soċjali minn LaDbible u nxtered fi tit ħin minħabba l-ħlewwa tal-kelb.

Wara żewġ minuti u nofs kien diġà żviluppa ħsarata teknici fl-ajru

Il-kawza li wasslet biex l-ajruplan Antonov An-148 iggarraf seta’ kien silġ mas-sensors tal-veloċità.

Inċident li ħalla 71 persuna mejta. Il-każ ġara nhar il-Ħadd li għadda 11 ta’ Frar 2018 waqt li l-ajruplan kien fi triqtu lejn Orsk minn Domodedwo f’Moska.

Fl-investigazzjoni preliminari jidher li wara żewġ minuti u nofs li l-ajruplan telaq mill-ajruport, bdew jiżviluppaw ħsarat tekniċi.

L-ajruplan kellu fuqu seba’ snin u l-pilota kellu l’ fuq minn 5,000 siegħa ta’ esperjenza.

Fit-tfittxija tal-katavri, hemm involuti madwar 700 persuna fejn anke qed isir proċess li jinġabru kampjuni tad-DNA biex jidentifikaw min huma l-persuni li jinstabu.

Zuma jintalab formalment li jirreżenja

Il-Partit li jmexxi l-Afrika t’isfel, l-ANC se jitlob formalment lill-President, Jacob Zuma biex iwarrab. Dan wara li Zuma ta’ ħamsa u sebgħin sena, rrifjuta li jirriżenja.

Jekk jibqa’ ma jirriżenjax minn jeddu, se jkollu jaffaċċja vot ta’ fiduċja fil-Parlament, li se jkun qed jitlef minħabba li l-partit tiegħu se jkun qed jivvota kontra.

Zuma ilu mexxej għal dawn l-aħħar disa’ snin u affaċċja serje ta’ akkużi fuq korruzzjoni.

Tifla titla’ tpoġġi bilqiegħda ħdejn Papa Franġisku

Tifla innocenti li għandha l-kundizzjoni down syndrome qamet minn postha u telgħet tpoġġi ħdejn il-Papa.

L-Uffiċjali tas-sigurtà kienu pronti telgħu biex joħduha lura f’postha hdejn ommha.

Il-Papa Franġisku pront pront waqaf, u qal lit-tifla ”Ejja poġġi ħdejja”.

It-tifla hekk għamlet u l-Papa kompla jippriedka waqt li żamm id it-tifla f’idejh.

 

Anke Peter Rabbit f’kontroversja dwar insensittività

Il-kontroversji dwar kummenti jew xeni insensittivi mhumhiex limitati għal vann fil-karnival fin-Nadur.

Sony Pictures, il-kumpanija ta’ fama mondjali, qalgħet kritika ħarxa dwar xena partikolari fil-film ġdid tagħha – Peter Rabbit – li ħareġ nhar il-Ġimgħa.

Siti internazzjonali jirrapurtaw kif f’xena minnhom fil-film, Peter Rabbit u sħabu jissuttaw lil karattru ieħor, Mr McGregor, bit-tut.

Aqra aktar

Il-mexxejja tal-Korea jfaħħru lil xulxin

Il-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un faħħar il-Korea t’isfel talli laqgħu il-Korea ta’ fuq fl-Olimpjadi tax-Xitwa u appella biex tibqa’ tisaħħaħ ir-rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ naħat.

Il-kummenti waslu wara li d-delegazzjoni uffiċjali tal-Korea ta’ fuq, immexxija minn oħt Kim, Kim Yo-jong, waslet lura miż-żjara fi Pyeongchang.

Qed ikun irrapurtat li Kim sejjaħ l-isforzi mill-Korea t’isfel bħala impressjonanti. Minkejja dan, kien hemm tħassib li l-Korea ta’ isfel ippermettiet lill-Korea ta’ fuq biex tirbaħ rebħa propogandista.

Illum il-jum dinji tar-Radju

Illum jitfakkar il-jum dinji tar-radju bħala mezz ta’ komunikazzjoni u xandir. Din il-ġurnata ġiet imwaqqfa biex tiċċelebra s-saħħa li għandu r-radju li anke bidel ħajjet in-nies, għaqqad il-globu u anke żamm kumpanija lil ħafna nies waħedhom.

Dan il-jum ġie ddikjarat fis-36 konferenza ġenerali tal-UNESCO fit-3 ta’ Novembru u kienet proposta mir-re ta’ Spanja.

Awguri lix-xandara kollha.

Send this to a friend