Internazzjonali – Page 367 – One News

Notifiki

KFC jagħlaq il-bibien wara li spiċċalu t-tiġieġ

Il-Kumpanija tant popolari madwar id-dinja KFC – Kentaci Fried Chicken kellha tagħlaq numru ta’ ristoranti minn madwar ir-Renju Unit.

Dan minħabba li kuntrattur ġdid ma provdilhomx biżżejjed laħam tat-tiġieġ.

It-Tlieta filgħodu kienu biss mitejn u ħamsin ħanut li fetħu mid-disa’ mitt ħanut li din il-kumpanija għandha fir-Renju Unit u fl-Irlanda dan meta mqabbel mat-tlett mija u għoxrin ristorant li fetħu t-Tnejn.

Madankollu dawn telgħu għall-erba’ mija u tletin tard waranofsinhar.

Din il-problema ilha għaddejja sa minn nhar il-Ġimgħa u kompliet teskala propju fi tmiem il-ġimgħa li għaddha.

Tant hu hekk li l-kumpanija talbet lill-ħaddiema sabiex jieħdu dawn il-jiem bħala vaganzi, madankollu ma tistax tobbligahom jagħmlu dan.

Nirien fit-Tempju sagru Tiberjan ta’ Jokhang

 

Il-Monasterju Jokhang f’Lhasa, l-iktar tempju importanti tal-Buddiżmu Tibetan, inħakem min-nirien.

Filmati li tpoġġew online urew fjammi ħeġin mis-saqaf u kif ukoll dehret pagoda li kważi inqerdet. Il-midja tal-istat Ċiniż qalet li n-nar beda tard is-Sibt u ntefa f’ħin qasir.Aqra aktar

Send this to a friend