Internazzjonali – Page 366 – One News

Notifiki

Snapchat jagħmel telf ta’ $1.3 biljun wara kritika dwar tibdil fl-app

Snapchat għamel telf ta’ $1.3 biljun wara li Kylie Jenner, waħda mill-aħwa tal-Kardashians, ikkritikat tibdil ġdid.

Dan it-tibdil li ħareġ il-ġimgħa l-oħra, ġie kkritikat min diversi persuni li jużaw dan is-sit soċjali.

B’konsegwenza ta’ dan it-tibdil, iktar minn 1.2 miljun persuna ffirmaw fuq petizzjoni onlajn, biex dan it-tibdil jitneħħa u jerġa’ jiġi dak li kien hemm qabel.Aqra aktar

Membru tal-istaff ta’ skola b’pistola f’idejh malajr itemm attakk – Trump

Il-President Amerikan Donald Trump, jemmen li jekk l-għalliema jkunu permessi jġorru arma tan-nar fuqhom, dan jista’ jnaqqas ħafna mill-attakki li jisru fuq l-iskejjel.

Dan hekk kif ġie rrapurtat li qal li “membru tal-istaff ta’ skola b’pistola f’idejh malajr itemm attakk”.

Trump kien qed jikkummenta fid-dawl tal-attakk li seħħ il-ġimgħa li għaddiet fi skola fi Florida, meta żagħżugħ ta’ dsatax-il sena daħal jispara fuq studenti u għalliem, u qatel sbatax-il persuna.

Minn dakinhar seħħew għadd ta’ protesti sabiex ikun hemm liġijiet aktar stretti fuq iż-żamma tal-armi tan-nar għall-użu personali, waqt li bosta ġenituri talbu bil-ħniena Trum biex jiżgura li xi ħaġa simili ma terġax isseħħ.

Aqra aktar

Zebra Crossing 3D għal iktar sigurtà fit-toroq

Il-villaġġ żgħir ta’ Ísafjörður fl-Iżlanda ħareġ b’ideja kemxejn differenti mis-soltu sabiex jassiguraw iktar sigurtà fit-toroq tagħhom.

Dan għamluh grazzi għall-introduzzjoni ta’ zebra crossings 3D sabiex is-sewwieqa jkunu jistgħu jgħarrfu iktar x’hemm quddiemhom.

Permezz ta’ stil 3D tinħoloq illużjoni f’għajnejn is-sewwieqa hekk kif quddiemhom iz-zebra crossing tidher imqabbża l-fuq mill-art u b’hekk jiżdied iċ-ċans li jwaqqfu iktar kmieni sabiex jaqsmu n-nies .
Aqra aktar

Send this to a friend