Internazzjonali – Page 363 – One News

Notifiki

Tifla ta’ sebgħa snin tmut f’inċident kawża tat-temp

Tifla ta’ 7 snin tilfet ħajjitha f’inċident f’Looe, Cornwall.

Ġie kkonfermat li l-mewta tagħha kienet relatata mal-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp fejn l-art qed tinkesa bis-silġ b’tali mod li tkun diffiċli ssuq fuqu.

Jidher li t-tifla kienet fuq il-bankina u l-karozza tajritha minħabba li tilfet il-kontroll.

L-Olokawst tan-Nażi għadu joħloq l-argumenti

Diplomatiċi Iżraeljani u Pollakki kellhom taħdidiet f’Ġerusalemm fi sforz sabiex ikun riżolt argument fuq il-liġi l-ġdida kontroverjsali Pollakka fuq l-Olokawst.

Il-liġi, li daħlet fis-seħħ fil-jum tal-Ħamis, tagħmilha illegali li takkuża lil Polonja b’kompliċita fl-Olokawst tan-Nażi.

L-Iżrael qal li l-liġi tista tikkriminalizza uħud minn dawk li ħelsuha mill-Olokawst li x-xhieda tagħhom timplika lill-Pollakki. Filwaqt li l-uffiċjali Iżraeljani ddeskrivew it-taħdidiet bħala profondi u miftuħa, mistennija toħroġ stqarrija konġunta iktar tard.

Tmien suldati Torok jinqatlu f’Afrin

Tmien suldati Torok inqatlu fi ġlied li seħħ f’Afrin, reġjun li jinsab fit-Tramuntana tas-Sirja. Tlettax-il suldat ieħor sfaw feruti fil-jum tal-Ħamis, b’uħud minhhom jinsabu f’qagħda kritika.

Il-jum tal-Ħamis kien immarkat bħala wieħed mill-agħar jiem għas-suldati Torok mindu bdew l-offenisva kontra ġellieda Kurdi f’Afrin lura f’Jannar.

Sadanittant, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda mistenni jiddibatti s-sitwazzjoni f’Ghouta fis-Sirja.

Xkafef f’supermarket jispiċċaw vojta minħabba l-kesħa

Il-kesħa fl-Iskozja qed tagħmel tagħha u t-temperaturi u s-silġ huma rekord f’dawn l-aħħar 50 sena.

F’supermarket f’Edinburgh, l-Iskozja kif juri dan ir-ritratt, l-ixkafef spiċċaw vojta. In-nies qed jistokkjaw għax jidher li t-temp kiesaħ se jippersisti u n-nies beħsiebhom jibqgħu ġewwa.

Hekk kien ukoll il-parir tal-awtoritajiet Skoċċiżi.

Litteralment ġarrew kollox.

Bil-Filmati: Nirien jaħkmu ċentru ta’ rijabilitazzjoni tad-droga

Nirien ħakmu ċentru ta’ rijabilitazzjoni tad-droga f’baku, il-kapitali tal-Ażerbajġan, fejn mietu minn tal-inqas sitta u għoxrin persuna.

Filmati li xxandru fuq it-televiżjoni tal-pajjiż juru nirien ħerġin mit-twieqi mbarrati ta’ binjiet għoljin sular wieħed biss.

L-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Ażerbajġan qalet li erba persuni ttieħdu l-isptar. Il-kawża tan-nirien għadha mhix magħrufa.

Ikkunsidrat l-użu ta’ kannabis mediċinali għal tifel b’kundizzjoni rari fl-Ingilterra

Id-Dipartiment Minsiterjali fir-Renju Unit qal li qed jikkunsidra li japprova li tifel ta’ sitt snin jingħata l-kannabis mediċinali sabiex tgħinu fit-trattament għall-kundizzjoni rari li għandu tal-epilessija.

L-istess dipartiment kien ma laqax it-talva tal-familja ta’ Alfie Dingley minn Warwickshire, biex jieħu din il-kura b’mod legali. Aqra aktar

Tirriżenja persuna oħra viċin Donald Trump

Hope Hicks, waħda mill-aktar konsulenti li servew fit-tul lill-President Amerikan, se tirriżenja minn direttur tal-komunikazzjoni tal-White House.

L-eks mudella ta’ disgħa u għoxrin sena ilha taħdem għal Donald Trump snin, minn ferm qabel ħa t-tmun ta’ President tal-pajjiż.

Hicks hija r-raba’ persuna li serviet bħala kap tal-komunikazzjoni fl-amministrazzjoni ta’ Trump.

Kelliema għall-White House qalet li għadu mhux magħruf meta Hicks se ttemm il-kariga tagħha.

Biex kull ma jmur qed tkompli tiżdied il-lista ta’ persuni qrib Trump li qed jagħżlu li jirriżenjaw.

Investiment ta’ €2 biljun f’Disneyland

Il-kumpanija Walt Disney se tinvesti żewġ biljun ewro f’Disneyland ta’ Pariġi, fejn se tkun qed tkabbar il-park b’lag u żoni ġodda ddedikati għall-films ta’ Frozen, Star Wars u Marvel.

Il-kap ta’ Disney Robert Iger ħabbar dan wara li ltaqa mal-President Franċiż Emmanuel Macron.

Disney qalet li l-iżvilupp se jkun mifrux fuq diversi snin, bix-xogħol jibda fl-elfejn u wieħed u għoxrin.

Fit-tħabbira, Disnet qalet li l-investiment, l-ikbar wiħed mindu nfetaħ l-istess park, juri l-impenn tal-kumpanija għas-suċċess fit-tul tal-post bħala l-qofol tad-ditta Disney fl-Ewropa.

Triplets imma mhux tal-istess età

Fir-ritratt jidhru tlett ibniet li tnejn minnhom għandhom l-istess età filwaqt li waħda minnhom tidher li għandha età differenti. Però interessanti l-fatt li huma kollha tal-istess żmien u fil-fatt huma triplets.

Huma ġew iffertilizzati madwar 9 snin ilu bl-IVF pero’ l-ġenituri ddeċidew li jwasslu għat-twelid ta’ tarbija waħda biss u jżommu t-tnejn l-oħra għal erba’ snin tard. Daisy twieldet fil-21 ta’ Jannar 2010 waqt li Scarlett u Connie twieldu fil-25 ta’ Novembru tas-sena 2013.

L-embrijuni tagħhom kienu kollha ffertilizzati f’April 2009  u waqt li Daisy bdiet triqtha għad-dinja, l-aħwa l-oħra ġew imqiegħda fil-friża.

Daisy l-kbira, tinsab ferħana tgħid l-iskola li hija triplet mhux uffiċjali.

Dan il-każ ġara fl-Ingilterra.

 

Send this to a friend