Internazzjonali – Page 362 – One News

Notifiki

Trump jhedded li se japplika taxxi fuq karozzi mill-Unjoni Ewropea

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump kompla bil-gwerra tiegħu bil-kliem fuq tariffi tan-negozju, hekk kif hedded li japplika taxxa fuq karozzi importati mill-Unjoni Ewropea. Trump qal li pajjiżi oħra ħadu vantaġġ minn fuq l-Istati Uniti għal ħafna snin minħabba l-ftehimiet tan-negozju li hu ddeskrivihom bħala stupidi.

Il-kwistjoni bdiet fil-jum tal-Ħamis meta Trump wiegħed li jimponi tariffi għoljin fuq importazzjoni tal-azzar u aluminium. Xi ħaġa li ġabet rispons iebes min-negozjanti u kritika mill-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Rapporti qalu li kapijiet tal-kummerċ fi ħdan l-Unjoni Ewropea qed jikkunsidraw tariffi ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija fuq importazzjoni mill-Istati Uniti, wara l-proposta ta’ Trump ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija tariffa fuq azzar importat u għaxra fil-mija fuq l-aluminium.

Angela Merkel tifforma r-raba’ Gvern tagħha

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel se tifforma r-raba’ gvern tagħha wara li l-oppożizzjoni, il-partit tad-Demokratiċi Soċjali ivvota favur koalizzjoni kbira oħra.

Din l-elezzjoni ġabet fit-tmiem ħames xhur ta’ waqfien politiku mill-elezzjonijiet li saru  f’Settembru li għadda.

Id-Demokratiċi Soċjali kienu maqsuma bejn it-tmexxija tal-partit; li appoġġja l-għaqda tal-koalizzjoni, u s-sezzjoni radikali tagħha taż-żgħażagħ, li ma kinux favur il-koalizzjoni.

Is-Sinjura Merkel ilha fil-poter għal 12-il sena.

L-eletturi tal-SPD approvaw il-kontinwazzjoni ta’ din il-koalizzjoni b’66% favur u 33% kontra. L-għadd tal-voti kompla matul il-lejl fil-kwartieri ġenerali ta l-SPD f’Berlin.

Illum it-Taljani jiddeċiedu

It-Taljani qed jivvutaw wara kampanja diviżiva ddominata minn tħassib fuq l-immigrazzjoni u l-ekonomija. Il-partit kontra l-establishment Cinque Stelle, il-Partit Demokratiku li jinsab fil-gvern u l-kolazzijoni tal-eks Prim Ministru Silvio Berlusconi kollha qalu li se jirbħu.

Iżda Berlusconi, li għandu wieħed u tmenin sena, ma jistax jokkuppa uffiċċju pubbliku sas-sena d-dieħla minħabba li nstab ħati ta’ frodi ta’ taxxi. Berlsuconi, li kien fit-tmun tal-Italja erbgħa darbiet, u li ngħaqad ma’ partit li huwa kontra l-immigrazzjoni, wera s-sostenn tiegħu lejn il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani bħala l-għażla tiegħu biex imexxi l-pajjiż.

L-Italja lesta għall-elezzjoni ta’ għada

Il-partiti politiċi ewlenin fl-Italja għalqu l-kampanji tagħhom qabel l-elezzjoni ġenerali ta’ għada – b’kull partit politiku ddikjara li qed jistenna li jirbaħ.

Ir-rallies finali saru mill-partit demokratiku, il-moviment kontra l-establishment ‘Five Star Movement’ u dak kontra l-immigrazzjoni, n-Northern League.Aqra aktar

Tnejn maqtula fi sparatura f’Campus f’Università f’Michigan

L-awtoritajiet Amerikani qed jinvestigaw sitwazzjoni attiva fil-campus ta’ Central Michigan University wara rapport ta’ sparaturi.

L-istudenti rċivew messaġġi mibgħuta awtomatikament mill-universita b’twissija ta’ sparaturi fir-raba sular.

L-universita kkonfermat li żewġ persuni nqatlu fis-sala. Huma mhumiex student u l-pulizija qed tgħid li kollox beda minn sitwazzjoni domestika.

Il-campus jinsab msakkar, filwaqt li s-suspettat, James Eric Davis Jr ta’ dsatax-il sena, għadu ma nqabadx.

Sebgħa mejta fil-kapitali ta’ Burkina Faso

Aggressuri bil-pistoli fetħu attack fil-kapitali ta’ Burkina Faso, bl-ambaxxata Franċiża u l-kwartieri tal-militar ikunu l-miri tal-attakk.

Il-gvern ta’ Burkina Faso qal li erba’ aggressuri inqatlu fl-ambaxxata u tlieta oħra fil-kwartieri.

Xhieda rrappurtaw li raw l-irġiel armati joħorġu minn karozza u jiftħu n-nar qabel ma mxew lejn l-ambaxxata. Sors diplomatiku Franċiż kien ikkwotat jgħid li s-sitwazzjoni fl-ambaxxata kienet taħt kontroll.

Id-ditta Lacoste b’logos differenti biex tqajjem kuxjenza dwar annimali li daqt ikunu estinti

Idea oriġinali mid-ditta internazjonali Lacoste fejn ħarġet bl-idea li flok il-logo magħurf tagħha jiġifieri dak tal-kukkudril, tagħmel edizzjoni speċjali b’annimali li huma fil-periklu li jiġu estinti.

Mhux biss, iżda maġenb l-annimal tikteb ukoll l-ammont li baqa’ minnu; eżempju Javan Rhinos li minnhom baqa’ 67 wieħed biss.

 

Send this to a friend