Internazzjonali – Page 361 – One News

Notifiki

Jinstab l-eqdem messaġġ fi flixkun f’bajja

Familja minn Perth fl-Awstralja sabet flixkun li fih kellu messaġġ li jmur lura 132 sena wara li dan jidher li kien intrema fil-baħar.

Waqt li kien passiġġata Tony Illman ġabar il-flixkun minn qalb ir-ramel u martu għaddietu lill-għarusa tat-tifel tagħha wara li għoġobha.

Indunaw li kien hemm bħala spaga ma’ karta ġo fih li kienet fraġli. Għall-ewwel ħasbu li kien sigarett imkebbeb imma malli pruvaw jiftħuħ indunaw li kien fih messaġġ.

Ġiehom ħsieb li jdaħħluh f’forn biex jinxef ftit u malli qraw id-dettal appena nixef ftit, il-messaġġ kien jitlob lill-qarrej biex jikkuntattja lill-Konsulat Ġermaniż malli jsibu n-nota.

Il-messaġġ kellu d-data tat-12 ta’ Ġunju tas-sena 1886.

Espert tal-mużewijiet Awstraljan qal li dan kien wieħed mill-fliexken li ntefa’ fil-baħar tul id-69 sena tal-esperiment Ġermaniż; esperiment marbut mal-kuntatti b’mod bażiku, jiġifieri bil-fliexken.

 

Irtirat il-flokk bin-numru 13 mit-tim tal-Fiorentina

It-tim tal-Fiorentina ddeċieda li jirtira l-flokk bin-numru 13 li kien jintlibes minn Davide Astori wara mewtu traġika fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Anke l-klabb li kien jilgħab miegħu qabel: Cagliari ddeċieda li jagħmel l-istess. Astori lagħab 174 logħba ma’ Cagliari fuq sitt staġuni.

 

Ajruplan Russu jiġġarraf fis-Sirja

Ajruplan Russu tat-trasport iġġarraf fis-Sirja u b’konsegwenza ta’ hekk, mietu 26 passiġġier u s-sitt membri tal-ekwipaġġ li kienu abbord.

Il-Ministeru tad-Difiża kien kwotat mill-midja Russa jgħid li l-ajruplan tat-tip An-26 iġġarraf waqt li kien nieżel fil-bażi tal-ajru Hmeimim, viċin il-belt Sirjana Latakia.

Ir-Russja qalet li ma kienu sparati l-ebda tiri lejn l-ajruplan, u informazzjoni preliminarja qed tissuġġeriexxi li kienet ħsara teknika li kkawżat l-inċident.

Bħalissa tinsa għaddejja investigazzjoni.

Jinstab aircraft carrier tat-Tieni Gwerra Dinjija viċin il-kosta Awstraljana

Il-fdalijiet ta’ aircraft carrier Amerikan, li kien għereq fit-Tieni gwerra Dinjija, instab viċin il-kosta tal-Awstralja.

Il-USS Lexington instab f’fond ta’ madwar tlett kilometri fil-Baħar tal-Korall, madwar tmien mitt kilometri ‘l barra mill-kosta Awstraljana. Il-vapur intilef fil-Battalja tal-Baħar tal-Korall bejn l-erbgħa u t-tmienja ta’ Mejju tal-1942.

Aqra aktar

Bħal-lum mitt jum tibda t-tazza d-dinja

Bħal-lum mitt jum se tibda t-tazza tad-dinja. Avveniment tant mistenni minn ħafna u forsi mhux daqs tant minn dawk li għandhom simpatija mat-tim Taljan minħabba li din id-darba mhux se jkunu f’din l-avventura kif imdorrijin naraw.

It-tazza tad-dinja se tintlagħab bejn 32 tim u l-finali se jsir fil-15 ta’ Lulju fil-grawnd Luzhniki f’Moskow fir-Russja.

Ara: Il-Bandiera Maltija tispikka f’selfie vidjo minn Brian May fl-O2 arena f’Londra

Grupp ta’ Maltin li attendew għall-Kunċert Queen u Adam Lambert fl-O2 Arena f’Londra, ħadu magħhom il-bandiera Maltija li spikkat appena l-kantant Brian May iddeċieda li jagħmel selfie vidjo u dar dawra u wera l-atmosfera f’dak il-mument.

Il-banidera Maltija tibda tidher fil-filmat fl-44 sekonda.

Il-Kunċert sar fit-13 ta’ Diċembru 2017; kunċert li għalih attendew eluf ta’ nies.

Negozjati biex jiġi ffurmat Gvern fl-Italja

Wara ġurnata ta’ votazzjoni tul il-jum tal-Ħadd, il-koalizzjoni leminija, li tinkludi fiha l-partit Forza Italja tal-eks Prim Ministru Silvio Berlusconi, rebħet l-elezzjoni fl-Italja, wara li ġabet seba’ u tletin fil-mija tal-voti kollha mitfugħa.

Minkejja dan, l-istess koalizzjoni ma ġabitx biżżejjed voti, u attwalment siġġijiet, biex tikseb maġġoranza parlamentari.

Huma ħafna li qed jistennew li dawn jidħlu f’diskussjonijiet mal-partit Cinque Stelle biex jiffurmaw koalizzjoni ta’ Gvern. Dan tal-aħħar sar l-iktar partit popolari fl-Italja, hekk kif kiseb wieħed u tletin fil-mijja tal-voti miksuba.

Ir-riżultat tal-elezzjoni kien wieħed diżappuntanti għall-Partit Demokratiku li mexxa lil pajjiż fl-aħħar ħames snin. Minkejja li l-ekonomija rkuprat xi ftit, il-koalizzjoni taċ-ċentru xellug kisbet tlieta u għoxrin fil-mija tal-voti u spiċċat fl-Oppożizzjoni.Aqra aktar

Il-Captain Astori tal-Fiorentina jinstab mejjet

Rapporti tal-midja Taljana qed isostnu li l-Captain tat-tim tal-Fiorentina Davide Astoni instab mejjet ġo lukanda.

Astori kellu l-età ta’ 31 sena u kien għadu kif sar missier hmistax-il jum ilu.

Il-logħba li kellha ssir illejla kontra Udinese ġiet posposta. Tħassar ukoll il-logħob kollu tas-serjè A.

 

Send this to a friend