Internazzjonali – Page 360 – One News

Notifiki

Maqbuda 330 kilo marijuana b’valur ta’ 3 miljun ewro x’aktar iddestinata lejn Malta

330 kilo marijuana ġet issekwestrata f’Ragusa fi Sqallija kif ukoll ġew arrestati żewġ persuni; it-tnejn Sqallin. Id-droga kienet x’aktarx iddestinata lejn Malta skond siti tal-aħbarijiet Sqallin.

Il-valur tad-droga jaqbeż it-3 miljun ewro u skond l-istess rapporti f’ siti tal-aħbarijiet Sqallin, din qed titqies bħala l-akbar qabda li qatt saret fil-provinċja ta’ Ibla.

Jidher li d-droga nstabet f’qiegħ falz ta’ trailer. Il-pulizija ta’ kontra d-droga nnutaw xi irregolaritajiet u talbu dokumenti lil Massimo Battaglia ta’ 39 sena u Carmelo Incardona ta’ 52 sena.

Dawn ma kkoperawx magħhom. Fi tfittxija ġo waħda mid-djar tal-arrestati nstabet ukoll arma tan-nar li kienet insterqet ftit xhur ilu.

Kontroll tal-armi fi Florida

Miżuri ġodda ta’ kontroll fuq l-armi fi Florida għaddew minn ostaklu legali ieħor, ġimgħat wara waħda mill-agħar sparaturi fl-istorja tal-Istati Uniti.

Il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-istat approvat abbozz li jgħolli l-eta biex tixtri pistola minn tmintax għal wieħed u għoxrin sena u jkun hem perjodu ta’ tlett ijiem fuq il-bejgħ tal-pistoli.

L-abbozz, li diġa għadda mis-Senat, issa se jmur għand il-Gvernatur tal-Istat. Sbatax-il persuna nqatlu f’Marjory Stoneman Douglas High School f’Parkland fi Florida fl-erbatax ta’ Frar.

Minn dakinhar ‘l hawn, ħafna studenti li salvaw qed jappellaw lil politiċi għal iktar kontrolli.

Vjaġġi bil-ferrovija fi Spanja kkanċellati f’jum il-mara

Ħafna vjaġġi bil-ferroviji fi Spanja kienu kkanċellati hekk kif il-ħaddiema qed jippreparaw strajk sabiex ikunu emfasizzat l-inugwaljanza bejn is-sessi fil-Jum Dinji tal-Mara.

Il-Ministeru Spanjol tat-Trasport ħabbar li tlett mitt ferrovija mhux se jaħdmu fil-jum tal-Ħamis. L-istrajk ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, imsejjaħ minn għaxar unjins, kien suġġett għal ħafna dibattitu.

Gruppi femministi appellaw lin-nisa biex ma jonfqu xejn u ma jagħmlux il-qadi domestiku għal jum. Iżda uħud ma qablux ma’ dan l-istrajk.

Il-Coca-Cola se tniedi xarba alkoħolika

Il-Coca-Cola qed tippjana li toħloq xarba alkoħolika għall-ewwel darba fl-istorja ta’ din il-kumpanija kemm ilha mwaqqfa għal dawn il-125 sena – bi prodott ġdid fil-Ġappun.

Dan hekk kif ħadet interess fix-xarba li qed tikber fil-popolarita, Chu-Hi – li hi tip ta’ xarba bil-gass miżjuda b’tip ta’ alkoħol li jissejjaħ shochu.

Il-prodott normalment ikollu madwar 3% u 8% livell tal-alkoħol.

Minkejja l-entużjażmu ta’ bosta persuni minn madwar id-dinja hekk kif semgħu din l-aħbar, l-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija fil-Ġappun sostna li s’issa m’hemmx ħsieb li din ix-xarba tinbiegħ f’pajjiżi lil’hinn mill-Ġappun.

 

Aktar riżenji fil-White House

Il-White House ħabbret li l-konsulent ewlieni tal-President Donald Trump fuq l-ekonomija Gary Cohn irriżenja.

Din kienet l-iktar waħda riċenti minn sensiela ta’ riżenji mit-tim tal-istess President tal-Istati Uniti.Aqra aktar

Dan Udrea jingħata tislima bi bżieżaq bojod fil-funeral f’pajjiżu

Dan Udrea ta’ 38 sena li tilef ħajtu f’inċident traġiku f’pajjiżna b’mod sfortunat, ingħata l-aħħar tislima mill-familjari u ħbieb fir-Rumanija.

Bosta kienu dawk li attendew biex ituh l-aħħar tislima fejn anke ttajru bżieżaq bojod bħala turija tal-genwinità li kellu dan ir-raġel.

Dan Udrea kien qed isuq fi Triq Notabile fl-Imrieħel, meta siġra nqalgħet mill-għeruq tagħha u waqgħet fuq il-vann tiegħu. Bl-impatt ħalla lill-missier mejjet fuq il-post.

Dan ġara fl-10 ta’ Frar ta’ din is-sena.

Ara wkoll http://www.one.com.mt/news/2018/02/10/ma-stajtx-nemmen-li-taht-is-sigra-kien-hemm-karozza-sharon/

Send this to a friend