Internazzjonali – Page 359 – One News

Notifiki

Il-President taċ-Ċina issa jista’ jservi għal ħajtu

Iċ-Ċina mistennija tapprova t-tneħħija tal-limitu fuq it-termini għall-mexxej tagħha. Mossa li effettivament tippermetti lil Xi Jinping biex iservi bħala President għal għomru.

Din il-bidla hija parti minn sett ta’ tibdil kostituzzjonali li mistenni jgħaddi waqt il-laqgħa annwali tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu li qed isir illum.

Iċ-Ċina ilha timponi limitu ta’ żewġ termini għall-President tagħha sa mis-snin disgħin.Aqra aktar

Tliet nisa maqtula fi sparatura f’dar tal-veterani tal-gwerra

Tliet nisa nstabu mejta wara li persuna ħadhom ostaġġ f’kumpless Amerikan tal-veterani tal-gwerra f’Kalifornja.

Il-Pulizija ippruvaw jikkomunikaw ma’ l-attakkant matul il-ġurnata kollha iżda kien kollu għalxejn.

Huwa nstab mejjet fil-kamra fejn qatta’ l-biċċa l-kbira tal-jum tal-Ġimgħa, wara skambju ta’ sparar mal-pulizija.

Is-senatur tal-Istat Bill Dodd qal li l-attakant kien membru ta’ Pathway Home, programm fil-kumpless tal-veterani bbażat biex jikkura dawk li jsofru minn stress post-trawmatiku.

It-tliet nisa huwa mifhum li kienu impjegati fil-kumpless.

Trump jaċċetta stedina għal-laqgħa storika ma’ Kim Jung-un

Kim Jong-un u l-President ta’ l-Istati Uniti Donald Trump mistennija jiltaqgħu għal-laqgħa storika f’Mejju li ġej wara li Trump laqa’ l-istedina tal-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq.

Kienu uffiċjali għolja mill-Korea t’Isfel ġewwa Washington li ħarġu l-aħbar tal-istedina wara li għaddew ittra lill-White House f’isem Kim Jong-un.

Inkluż fl-ittra intqal ukoll li Un ser ikun qed itemm ħesrem testijiet nuklear flimkien mal-użu ta’ armamenti nukleari.

Il-President Amerikan tenna li dawn l-aħħar żviluppi huma sinjal ta’ progress kbir iżda xorta s-sanzjonijiet fuq il-Korea ta’ Fuq ser jibqgħu fis-seħħ sakemm jintlaħaq ftehim.

Għalkemm il-Korea ta’ Fuq ma ħarġet l-ebda reazzjoni uffiċjali għal-kummenti ta’ Trump, l-aħħar żviluppi huma meqjusa bħala żblokk kbir wara xhur ta’ theddid u vjolenza.

Hekk kif issa tibda l-istennija, l-ispekulazzjonijiet fuq id-dettalji ta’ din il-laqgħa diġa bdew hekk kif l-analist Michael Madden mill-US-Korea Institute stqarr li din tista’ issir fil-villaġġ ta’ Panmunjom fil-Korea ta’ Fuq. Minn naħa l-oħra Dr John Park mill-Korea Working Group issuġġerixxa li l-laqgħa tista ssir f’post newtrali bħaċ-Ċina.

 

Biċċer ġisem il-ġurnalista Żvediża

L-inventur Daniż Peter Madsen mistenni jgħaddi ġuri fuq il-mewt tal-ġurnalista Żvediża Kim Wall f’Awwissu li għadda waqt li kienu fuq is-sottomarin li bena hu stess.

Huwa qed jaffaċċja akkużi ta’ qtil, tbiċċir tal-ġisem u relazzjoni sesswali ta’ natura perikoluża.

Madsen qed jiċħad il-qtil ta’ Wall wara li rikbet is-sottomarin għal storja, iżda ammetta li qatta ġisimha.

Madwar erbgħin persuna mistennija jagħtu l-evidenza matul il-ġimgħat li ġejjin.

Send this to a friend