Internazzjonali – Page 18 – One News

Notifiki

Il-Coronavirus qed iħalli impatt fuq is-sistema tas-saħħa fil-Ġappun

Tobba fil-Ġappun wissew illi preżentament is-sistema tas-saħħa tal-pajjiż ma tiflaħx għal aktar każijiet ġodda tal-coronavirus. Id-Dipartiment tal-Emerġenza ma għandhomx biżżejjed mezzi sabiex jassistu lil pazjenti oħra li għandhom kundizzjonijiet serji ta’ saħħa minħabba l-piż żejjed li qed jitfa’ l-Coronavirus fuq is-sistema. Aqra aktar

Il-Parlament Ewropew japprova aktar minn €3 biljun f’għajnuna waqt il-pandemija

Il-Parlament Ewropew approva pakkett finanzjarju ta’ €3.08 biljun bil-għan li jgħin b’mod dirett is-sistemi tas-saħħa tal-pajjiżi membri stati fl-Unjoni Ewropea.

Dawn il-fondi se jkunu qegħdin jintużaw għall-provisti mediċi, bħal maskri u tagħmir respiratorju, tagħmir mediku tat-transport u sabiex tgħin lit-tobba u lill-infirmiera.

Dan il-pakkett jinkludi wkoll fondi sabiex jiffinanzja titjiriet ta’ ripatrijazzjoni sabiex persuna tkun tista’ tmur lura f’pajjiżha.

Fir-Renju Unit: 847 persuna jmutu fl-aħħar 24 siegħa bil-Coronavirus

Fl-aħħar 24 siegħa, fir-Renju Unit mietu 847 persuna. Dan l-ammont tal-illum wassal biex l-ammont totali ta’ vittmi f’dan il-pajjiż laħqu għal aktar minn 14,000 persuna.

Fir-Renju Unit, il-każijiet ta’ Coronavirus ihuma maqsumin b’dan il-mod:

  • Ingilterra – 13,134 każ;
  • Skożja – 837 każ;
  • Wales – 506 każ;
  • Irlanda ta’ Fuq – 176 każ

Fir-Renju Unit b’kollox hemm 108,692 persuna nfettati bil-COVID-19.

Investigazzjoni bejn numru ta’ pajjiżi dwar l-oriġini tal-Coronavirus

Numru ta’ pajjiżi, fosthom l-Amerka u r-Renju Unit għaddejjin b’investigazzjoni sabiex jistabilixxu minfejn beda l-Coronavirus, li affettwa lid-dinja kollha.

Din l-investigazzjoni qed taħseb li ġie b’mod naturali, iżda l-investigazzjoni mhux tagħlaq għajnejha għal kull possibilità. Waħda minn dawn il-possibilitajiet hija li dan il-virus beda minn laboratorju Ċiniż f’Wuhan, li beda jagħmel esperimenti fuq mard li jsoffru l-friefet il-lejl u b’mod aċċidentali dan il-virus spiċċa ttieħed minnu l-bniedem.

Uffiċjal Amerikan li qed jaħdem fuq din l-investigazzjoni qal li din tal-aħħar tista’ tkun possibilità, iżda hija possibilità żgħira.

Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif dawn il-pajjiżi f’din l-investigazzjoni qed iħarsu lejn kull possibilità, bl-iskop li jsibu minfejn oriġina dan il-virus.

Filwaqt li l-President Amerikan Donald Trump qal li se jagħmel minn kollox biex isib minfejn beda dan il-virus. Is-sitwazzjoni bejn l-Amerka u ċ-Ċina m’hijiex feliċi hekk kif l-Amerka tinsab xettika bin-numru ta’ vittmi li ċ-Ċina rrapurtat matul din il-pandemija.

S’issa l-mod ta’ kif dan il-virus oriġina huwa wieħed misterjuz, għalkemm iċ-Ċinizi qegħdin jgħidu li dan il-virus beda minn suq f’Wuhan.

Ir-Renju Unit jestendi l-lockdown nazzjonali minn tal-inqas tliet ġimgħat

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ingliż Dominic Raab ħabbar li l-lockdown nazzjonali se jestendi minn tal-inqas tliet ġimgħat oħra. Il-Ministru Raab qal li għalissa l-miżuri ma jistgħux jibdew jonsqu sabiex tonqos l-imxija tal-Coronavirus u minħabba li r-rata ta’ dawk infettati għadha waħda għolja.

Fir-Renju Unit hemm aktar minn 103,000 każ ta’ Coronavirus, filwaqt li 13,729 tilfu ħajjithom b’kawża tal-COVID-19.

Ursola von der Leyen titlob apoloġija lill-Italja

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen talbet apoloġija lill-Italja talli l-Unjoni Ewropea ma bdietx tgħin lil dan il-pajjiż hekk kif faqgħet il-pandemija tal-Coronavirus.

Ursola von der Leyen qalet dan il-Ħamis waqt dibattitu fil-Parlament Ewropew, fejn qalet li jiddispjaċieha li Unjoni Ewropea naqset milli għenet fil-bidu ta’ din il-pandemija. Hija qalet li bħalissa l-Unjoni Ewropea hija fiċ-ċentru tas-solidarjetà madwar id-dinja, hekk kif l-istituzzjonijiet Ewropew ingħaqdu flimkien sabiex joffru apparat mediku, aktar sodod u għajnuniet finanzjarji sabiex il-pajjiżi Ewropej ikunu jistgħu jiġġieldu kontra dan il-virus.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea appellat sabiex il-gvernijiet Ewropej ma jsirux populisti u biex ma jinħbewx il-fatti dwar il-pandemija.

Intant, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan, Luigi Di Maio faħħar din id-dikjarazzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea u qal li din hija xi ħaġa pożittiva min naħa tal-Unjoni Ewropea.

Send this to a friend