Internazzjonali – Page 12 – One News

Notifiki

Ikomplu l-protesti fl-Istati Uniti u lil hinn

Għexieren ta’ eluf ta’ persuni baqgħu għaddejjin bil-protesti f’diversi bliet fl-Istati Uniti b’rabta mal-qtil ta’ George Floyd waqt li dan kien fil-kustodja tal-pulizija. L-akbar dimostrazzjoni qed issir fil-belt ta’ Houston f’Texas, bis-sehem tal-qraba tal-vittma.

Minkejja li l-Gvern Amerikan impona ħin għat-tmiem tal-protesti, bosta għażlu li jinjorawh. Dan wassal għal atti vjolenti f’numru ta’ protesti fejn saħansitra ntuża wkoll il-gass tad-dmugħ mill-Pulizija.

Aqra aktar

Jibdew jitneħħew il-miżuri b’rabta mal-ivjaġġar

Persuni li mit-8 ta’ Ġunju se jaslu r-Renju Unit se jkunu marbuta bi kwarantina ta’ 14-il jum. Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li din il-miżura hija kruċjali biex il-Covid-19 ma terġax tinfirex b’rata mgħaġġla fil-pajjiż. Fl-istess ħin qal li mill-aħħar ta’ dan ix-xahar, kull min jagħmel test għal dan il-virus se jkun jaf ir-riżultat fi żmien 24 siegħa.

Aqra aktar

Send this to a friend