Internazzjonali – Page 11 – One News

Notifiki

Jerġgħu jibdew jinfetħu l-iskejjel f’Hubei fiċ-Ċina

Mas-sebgħa u ħamsin elf student f’Hubei fiċ-Ċina reġgħu bdew jattendu l-iskejjel. L-istituzzjonijiet edukattivi f’din il-provinċja, li minnha feġġ il-coronavirus għall-ewwel darba, ilhom magħluqa għal xhur sħaħ bħala mezz biex il-virus ma jkomplix jinfirex.

Għalissa huma biss dawk l-istudenti li se jagħmlu eżamijiet kruċjali li daħlu lura fil-klassi, biex b’hekk it-traġitt edukattiv ikun introdott mill-ġdid b’mod gradwali.

Fl-Amerika joqtlu uffiċjal tas-sigurtà għaliex ma ħalliex persuna tidħol f’ħanut mingħajr maskra

Fl-Istati Uniti omm, binha u r-raġel tal-omm ġew akkużati li qatlu uffiċjal tas-sigurtà wara li ma ħalliex lil bintha tidħol f’ħanut minħabba li ma kellix maskra li tgħatti l-wiċċ minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Calvin Munerlyn ta’ 43 sena miet wara li sparawlu f’ħanut f’Michigan, post li ntlaqat ħafna mill-pandemija tal-Coronavirus. Aqra aktar

Send this to a friend