Coronavirus – Page 95 – One News

Notifiki

Il-gvern f’laqgħa mal-imsieħba soċjali dwar il-Coronavirus u t-tħejjijiet li qed isiru

Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali l-MCESD iltaqa’ mal-imsieħba soċjali biex ikunu diskussi t-tħejjijiet li qed isiru mill-Gvern dwar il-Coronavirus. Il-laqgħa tmexxiet miċ-Chairperson tal-Kusnill, John Bencini.

Il-Ministru Carmelo Abela, li kien preżenti għal-laqgħa, qal li wieħed għandu jkun preparat bl-aħjar mod iżda mhux jikkontribwixxi għall-allarm. Hawnhekk appella biex l-imsieħba soċjali biex flomkien mal-membri tagħhom isegwu l-pariri tad-Dipartiment tas-Saħħa u ma jsirux spekulazzjonijiet.Aqra aktar

Twaqqaf l-operat wara 40 sena minħabba l-Coronavirus

Il-linja tal-ajru Flybe waqfet l-operat tagħha u qed tfittex l-għajnuna tal-Gvern Ingliż biex tkun tista’ tibqa’ għaddejja. Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li hemm ftit li xejn ċans li l-kumpanija tissellef madwar mitt elf sterlina mill-Gvern. Flybe ilha għal dawn l-aħħar 40 sena toffri titjiriet reġjonali fl-Ingilterra.

Jidher li l-firxa tal-Coronavirus f’diversi pajjiżi kkawżat tnaqqis kbir fil-klijenti, tant li l-kumpanija għandha biżżejjed fondi biex twassal biss sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Kalifornja fi stat ta’ emerġenza wara l-ewwel mewt kawża tal-Coronavirus

L-istat ta’ Kalifornja iddikjara stat ta’ emerġenza wara li ġiet imħabbra l-ewwel mewt kawża tal-coronavirus. Biex issa l-Virus Covid-19 ħasad il-ħajja ta’ 11–il persuna fl-Istati Uniti.  Huwa rraportat li hemm madwar 150 persuna infettata bil-coronavirus fl-istati uniti.

Intant mill-bieraħ bdew isiru t-testijiet għall-virus fl-istati uniti kollha. Flimkien ma Kalifornja, hemm ukoll Washington u Florida li wkoll iddikjaraw stat ta’ emerġenza.

Send this to a friend