Coronavirus – Page 94 – One News

Notifiki

Ħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħek!

L-Ewro-Parlamentari u l-Ko-President tal-Alleanza għas-Saħħa Mentali fil-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba dalgħodu nieda l-kampanja “Recharge Your Brain…Stay Sane”. Din il-kampanja qed imexxiha ‘l quddiem b’kollaborazzjoni ma’ Gamian Europe, l-alleanza Ewropea li tiġbor NGOs Ewropej (fosthom ir-Richmond Foundation) li jaħdmu ma’ pazjenti li għaddejjin minn diffikultajiet marbuta ma’ saħħa mentali.  Aqra aktar

DIRETT: Konferenza tal-aħbarijiet dwar l-aħħar żviluppi tal-Coronavirus

Għall-ħabta tan-12:30 is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tindirizza konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-aħħar żviluppi tal-Coronavirus. Aqra aktar

L-imsieħba soċjali jilqgħu b’mod pożittiv il-miżuri mħabbra mill-Gvern biex jgħinu lin-negozji u l-ħaddiema

L-imsieħba soċjali laqgħu b’mod pożittiv il-miżuri li ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela t-Tlieta filgħaxija.

Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-lukandiera u tas-sidien tar-ristoranti, l-MHRA fissret il-miżuri l-ġodda bħala tama ġdida għall-futur. Il-President tal-MHRA, Tony Zahra esprima s-sodisfazzjon tiegħu li dawn il-miżuri se jgħinu l-qasam turistiku jgħaddi minn dan il-maltemp li ġie mill-pandemija tal-coronavirus.

Is-Sur Zahra rringrazzja lill-Prim Ministru tax-xogħol u d-dedikazzjoni li wera fl-aħħar jiem biex intlaħaq ftehim. L-MHRA qalet li tinsab fiduċjuża li l-investiment fil-qasam turistiku se jgħinna naqtgħu l-frott meta jiġi ż-żmien li l-ekonomija Maltija terġa’ taqbad ir-ritmu.

Il-Kamra tal-intrapriżi ż-żgħar u medji laqgħet ukoll b’mod pożittivi l-miżuri tal-Gvern li se jgħin lin-negozji. “Dan kien pass li se jagħti n-nifs lin-negozji li tant jeħtieġu għajnuna biex iżommu l-ħaddiema magħhom”, spjegat il-GRTU.

L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu wkoll kellha kliem ta’ tifħir għall-miżuri mħabbra mill-Gvern. Fissret kif dawn il-miżuri pożittivi se jżommu l-impjegati fin-negozji Għawdxin. “L-inċentivi li tħabbru jieħdu inkunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi partikolari tan-negozji Għawdxin”, spjegat il-GTA. Qalet li dan kien pass li juri li meta l-partijiet kollha involuti jingħaqdu, riżultati importanti jinkisbu għal ġid ta’ kulħadd.

Il-PM se jċedi l-paga tiegħu b’sens ta’ solidarjetà

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se jkun qed iċedi paga tiegħu bħala sens ta’ solidarjetà ma’ dawk kollha li ġew affetwati ħażin mit-tifqigħa tal-Coronavirus. Huwa ħabbar dan waqt li kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara li t-Tlieta filgħaxija ħabbar li l-Gvern se jkun qed jagħti injezzjoni diretta ta’ €70 miljun fix-xahar lill-ekonomija ta’ pajjiżna. Huwa appella wkoll għal ħadidema oħra taċ-ċivil li jinsabu f’poiżizzjoni finanzjarja komda biex jagħmlu l-istess u l-pagi tagħhom ikunu jistgħu imorru f’karus komuni li minnu qed jintefqu l-flus biex jisaħħaħ id-Dipartiment tas-Saħħa u jiġu mgħejjuna aktar ħaddiema.

Grazzi għal dawn il-miżuri, l-Gvern se jkun qed jagħti €61miljun fix-xahar lil 110,000 ħaddiem li ntlaqat ħażin mid-deċiżjonijiet leġislattivi li ttieħdu bil-għan li jiġu mmitigati l-effetti tal-virus COVID-19 fi gżiritna.

 

Il-PM iħabbar patt soċjali storiku fosthom il-ħlas ta’ €800 fix-xahar għall-pagi ta’ 60,000 ħaddiem


Bl-imsieħba soċjali madwaru, it-Tlieta filgħaxija l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar patt soċjali storiku biex jgħin lin-negozji u l-ħaddiema f’dan iż-żmien ta’ sfida li laqat lid-dinja kollha riżultat tal-imxija tal-Coronavirus. Aqra aktar

Send this to a friend