Iċ-Ċina m’għandiex iżjed każijiet ta’ Coronavirus minn trażmissjoni lokali

Għall-ewwel darba minn Diċembru, iċ-Ċina ma rrapurtat l-ebda każ ġdid ta’ Coronavirus trażmess lokalment.

Madankollu kienu kkonfermati 34 każ impurtat ta’ persuni infettati bil-Covid-19.

Intant, l-Awstralja hija mistennija tibda twaqqaf persuni li ma joqgħodux fil-pajjiż milli jidħlu.

Dan tħabbar mill-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison li spjega kif din l-ordni ser tidħol fis-seħħ nhar il-Ġimgħa fil-disa’ ta’ filgħaxija, ħin lokali.

Mil-lum infetaħ Dipartiment tal-Emerġenza ġdid- Chris Fearne

Mill-Erbgħa filgħaxija infetaħ dipartiment tal-emerġenza ġdid fl-Isptar Mater Dei. Dan ħabbru id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt il-programm Dissett fejn spjega li din l-emerġenza l-ġdida se tkun qed tintuża għall-każijiet li m’għandhomx sintomi tal-Coronavirus. Fl-istess waqt l-emerġenza l-antika se tibda tintuża biss għall-pazjenti li huma suspettati li jista’ jkollhom il-Coronavirus.Aqra aktar

David Agius imċanfar mill-Ispeaker

Fil-ħin tal-mistoqsijiet fis-seduta parlamentari tal-lejla, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna tkellem dwar kif pajjiżna għandu ekonomija reżiljenti li tiflaħ għall-impatt ekonomiku li qed jolqot lid-dinja kollha kawża tal-imxija tal-coronavirus. Aqra aktar

Send this to a friend