Notifiki

Il-plejers ta’ Real Madrid fi kwarantina wara li plejer tat-tim tal-basketball tal-istess klabb irriżulta pożittiv għall-Coronavirus

Il-plejers tal-klabb ta’ Real Madrid se jkunu qed jinżammu fi kwarantina wara li plejer tat-tim tal-basketball tat-tim Spanjol irriżulta pożittiv għall-Coronavirus.

Dan ifisser li l-logħba taċ-Champions League ta’ nhar it-Tlieta bejn Real Madrid u Manchester City ġiet posposta.

L-Air Malta b’titjiriet lejn Pariġi, Zurich u Frankfurt sabiex jinġiebu lura l-Maltin maqbuda f’dawn il-pajjiżi minħabba l-Coronavirus

Nhar is-Sibt il-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta se tkun qed tagħmel vjaġġi minn Pariġi, Zurich u Frankfurt sabiex iġib lura lil dawk il-Maltin li qegħdin maqbudin f’dawn il-pajjiżi.

Dawn it-titjiriet qed isiru wara li l-Gvern Malti ħabbar li mhux se jsiru aktar titjiriet lejn l-Italja, l-Iżviżżera, Franza u Spanja.

It-titjiriet tas-Sibt huma dawn:

Pariġi (Charles De Gaulle)

  • KM7478 se titlaq minn Malta fis-6:15 ta’ filgħodu u tasal Pariġi fid-9:10 ta’ filgħodu
  • KM7479 se titlaq minn Pariġi fl-10:20 ta’ filgħodu u tasal Malta fis-1:05 ta’ wara nofsinhar

Zurich

  • KM7490 se titlaq minn Malta fis-2:25 ta’ wara nofsinhar u tasal Zurich fil-4:50 ta’ wara nofsinhar
  • KM7491 se titlaq minn Zurich fis-5:40 ta’ wara nofsinhar u tasal Malta fit-8 ta’ filgħaxija

Frankfurt

  • KM7328 se titlaq minn Malta fl-4:25 ta’ wara nofsinhar u tasal Frankfurt fis-7:10 ta’ filgħaxija
  • KM7329 se titlaq minn Frankfurt fit-8:10 ta’ filgħaxija u tasal Malta fil-10:40 ta’ filgħaxija

Fl-istqarrija l-linja tal-ajru nazzjonali qalet li kull Malti affettwat minn dan, għandu jċempel fuq +35622042200 jew b’email sitcen.mfea@gov.mt.

Il-Prim Ministru Kanadiż Trudeau fi kwarantina volontarja wara li martu qed tistenna t-test għall-Coronavirus

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Tradeau qiegħed fi kwarantina volontarja, hekk kif martu qed tistenna r-riżultat għat-test tal-Coronavirus. Mart il-Prim Ministru Kanadiż Sophie Grégoire Trudeau ma bdietx tħossha sew u għamlet test għal dan il-virus.

Il-Prim Ministru Kanadiż ħassar il-laqgħat kollha li kellu bejn illum u għada.

Send this to a friend