Notifiki

Appell biex sidien ta’ propjetajiet joffru residenza lill-ħaddiema tas-saħħa

Il-Ministeru għas-Saħħa qed jistieden dawk is-sidien li għandhom xi akkomodazzjoni u jixtiequ joffru mingħajr ħlas il-propretajiet tagħhom lill-ħaddiema tas-saħħa li ma jixtiequx jirritornaw lejn djarhom.
Dan sabiex dawn il-ħaddiema li qegħdin fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-COVID-19 jipproteġu lill-familthom mit-tixrid tal-Coronavirus. Aqra aktar

L-ebda stabbiliment ma nstab li qed jikser il-liġi fi spezzjonijiet li qed isiru mill-MTA

Fi spezzjonijiet li qed isiru mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu f’bars, ristoranti u gyms, ma nstab ebda stabbiliment li qed jikser il-liġi.

Dawn l-ispezzjonijiet saru f’diversi lokalitajiet biex ikun żgurat li dawn l-istabbilimenti mhux jilqgħu lill-pubbliku.

It-Tnejn li għadda il-Gvern ħabbar l-għeluq ta’ dawn it-tip ta’ postijiet pubbliċi biex jonqos iċ-ċans li jkompli jinxtered il-Coronavirus.

Stabbilimenti li jinqabdu jiksru l-liġi se jeħlu multi ta’ tlett elef ewro.

Il-bandiera Maltija fost il-bnadar li nxtegħlu fuq l-istatwa ta’ Kristu Rendentur fil-Brażil

Il-bandiera Maltija kienet fost il-bnadar li dehru fuq l-istatwa enormi ta’ Kristu Redentur f’Rio de Janiero fil-Brażil.

Dawn il-bnadar inxtegħlu fuq din l-istatwa famuża bħala talba għal dawk il-pajjiżi kollha milquta mill-imxija tal-Coronavirus.

Din il-mixegħla saret hekk kif l-Arċisqof ta’ Rio de Janeiro, Orani João Tempesta iċċelebra quddiesa taħt din l-istatwa, fejn talab għal dawk kollha affettwati bil-Coronavirus.

Il-futbol Ingliż sospiż sal-aħħar ta’ April

Il-futbol Ingliż ġie sospiż sat-30 ta’ April minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Din is-sopenzjoni se tkun qed tolqot lill-kampjonati kollha li jintlagħbu fl-Ingilterra, jiġifieri l-Premier League, il-Football League u l-FA Cup, flimkien mal-kampjonat domestiku tan-nisa.

Waqt laqgħa bejn il-klabbs il-kbar tal-futbol Ingliż ġie deċiż li se jagħmlu l-almu kollu tagħhom sabiex dan l-istaġun jintemm, b’din il-possibilità issa tista’ ssir ukoll hekk kif il-UEFA ssospendiet il-Kampjonati Ewropew li kellhom isiru dan is-sajf, għall-2021.

Ikkundannat 18-il xahar ħabs wara li seraq minn żewġ skejjel

Kevin Camilleri ta’ 37 sena, li jogħqod Tas-Sliema ntbagħat 18-il xahar ħabs wara li seraq flus kontanti u xi prodotti tat-tindif minn żewġ skejjel tal-gvern f’Tas-Sliema u l-Gżira.

Is-serqiet mill-iskejjel seħħew it-Tlieta filgħaxija. Dawn bħalissa jinsabu magħluqa minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

Camilleri ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ġie kkundannat 18-il xahar ħabs.

“Agħmlu kuraġġ” – il-President George Vella 

Tinsabu f’idejn tajba, u l-kura li qed tirċievu hija waħda mill-aqwa. Agħmlu kuraġġ u kunu afu li tinsabu fil-ħsibijiet u fit-talb ta’ bosta. Dan kien il-messaġġ li kellu l-President ta’  Malta George Vella lill-pazjenti milquta minn din l-influwenza u l-qraba tagħhom meta indirizza lin-Nazzjon f’messaġġ televiżiv.Aqra aktar

Send this to a friend