Studju juri li l-vaċċin tal-AstraZeneca jsaħħaħ ferm is-sistema immunitarja kontra l-COVID-19

Riċerkaturi qalu illi t-tielet doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19 tal-AstraZeneca ssaħħaħ ferm is-sistema immunitarja, madanakollu s’issa m’hemm ebda evidenza li turi l-bżonn tat-tielet doża.

L-istess studju li sar mill-Università ta’ Oxford juri wkoll illi t-tieni doża tal-vaċċin tal-AstraZeneca jista’ jittieħed wara 45 ġimgħa filwaqt li bit-tieni doża l-persuna tkun bniet sistema immunitarja tassew b’saħħitha kontra l-coronavirus.

L-evdenza turi li l-vaċċin jipproteġi wkoll kontra l-varjanti attwali u għalhekk s’issa kollox jindika li t-tielet doża jista’ jkun li ma jkunx hemm bżonnha.

L-Awstralja qed taffaċċja fażi ġdida tal-pandemija

In-numru ta’ infezzjonijiet tal-varjant Delta tela’ għal 128 f’Sydney, filwaqt li ġew irrapportati aktar każijiet tal-istess varjant f’partijiet oħra tal-Awstralja.

Din hija l-ewwel darba f’numru ta’ xhur li qed jitfaċċaw każijiet f’ partijiet differenti tal-pajjiż fl-istess żmien.

Diversi stati għalqu l-fruntieri tagħhom u qed jinfurzaw restrizzjonijiet ġodda.

Send this to a friend