Coronavirus – Page 109 – One News

Notifiki

Il-ġenituri tat-tifla bil-Coronavirus jirriżultaw fil-pożittiv huma wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa jikkonfermaw li l-ġenituri tat-tifla li kienet pożittiva dalgħodu għal COVID-19, huma wkoll ġew konfermati bħala pożittivi. Il-ġenituri diġà kienu ġew iżolati fl-Isptar Mater Dei mat-tifla iktar kmieni dalgħodu.

Is-sitwazzjoni qiegħda kontrollata u miżmuma fil-familja li mindu ġiet lura Malta mill-Italja segwiet il-parir tal-awtoritajiet tas-saħħa u qagħdet fi kwarantina.

Fl-istqarrija, l-awtorijiet tas-saħħa qalu li dawn il-każijiet ġew miżmuma taħt iżolament.

S’issa saru 181 test fuq persuni li siefru f’postijiet milquta minn dan il-virus u żviluppaw sintomi. It-tliet membri ta’ din il-familja biss ġew pożittivi għall-COVID-19.

Bħala parti mis-sorvelljanza, ġew ittestjati 157 persuna oħra u ġew kollha negattivi għall-Coronavirus.

Nixtiequ nfakkru l-pubbliku li m’hemmx bżonn ta’ allarm u nfakkru fl-importanza tal-ħasil tal-idejn regolari, li tgħatti mnieħrek u ħalqek b’tissue, jew bil-minkeb meta tisgħol u tgħatas u toqgħod id-dar jekk tħossok ma tiflaħx. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq l-helpline tal-COVID-19 fuq 111.

Miżuri ta’ prekawzjoni f’San Vinċenz De Paul u fid-djar tal-anzjani minħabba l-Coronavirus

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità jixtiequ javżaw li b’rabta mal-miżuri diġà maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qed jittieħdu l-passi preventivi kollha sabiex tiġi assigurata s-sigurtà għar-residenti fid-djar tal-anzjani.Aqra aktar

Mit-Tlieta li ġej ser jinfetaħ ‘testing hub’ ġdid għall-Coronavirus

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ dalgħodu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li mit-Tlieta li ġej se jinfetaħ testing hub ġdid għall-Coronavirus.

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li bħalissa għaddejjin bi proċess biex min-nhar it-Tlieta jinfetaħ testing hub ġdid, fejn persuni li għandhom bżonn swabbing se jkunu jistgħu jmorru hemmhekk. Qal li dan il-post ħa jkun wieħed iżolat, waqt li l-ħidma fih se tkun aktar effettiva u jkun jista’ jsir aktar ittestjar.

Filwaqt li l-Isptar Boffa, bħalissa, qed jitbattal mill-pazjenti bħala prekawzjoni biex jekk it-30 sodda lesti bħalissa għall-iżolament jimtlew, ikun hemm 60 sodda oħra f’dan l-isptar. Għalkemm għalissa, kull min għandu appuntament l-Isptar Boffa mhux se jiġi affettwat għaliex is-servizz ta’ dertatoloġija qed jibqa’ jingħata b’xi mod normali.

It-tifla bil-Coronavirus ma kinitx fuq titjira tal-Air Malta

ONE News jinsab infurmat li t-tifla Taljana ta’ 12-il sena li għandha l-Coronavirus ma ġietx fuq titjira tal-Air Malta iżda fuq linja tal-ajru oħra.

Dalgħodu waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-passiġġieri li kienu fuq l-istess ajruplan ma’ din il-familja se jkunu qed jiġu kkuntattjati mill-awtorijiet tas-saħħa.

Send this to a friend