Coronavirus – Page 108 – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jinfetaħ ċentru tal-ittestjar tal-Coronavirus f’Ħal Luqa


Sa massimu ta’ tmien persuni fl-istess se jkunu jistgħu jiġu ttestjati għal każijiet suspettati ta’ Coronavirus.

Dan f’ċentru apposta fil-komunita Santa Marija f’Ħal Luqa bħala parti mill-isforzi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex l-imxija tal-virus pajjiżna tkun limitata. S’issa, huma ħamsa l-każijiet magħrufa, kollha ta’ persuni li fl-aħħar jiem kienu fl-Italja. Aqra aktar

50% tal-persuni infettati fid-dinja bil-coronavirus ifiequ

L-imxija tal-coronavirus madwar id-dinja ma jidhirx li se tiġi kkontrollata f’qasir żmien, iżda fl-istess waqt qiegħed ikompli jiżdied l-għadd ta’ pazjenti li qegħdin jfiqu minn dan il-virus.

Il-coronavirus ġdid inxtered bħal leħħa ta’ berqa madwar id-dinja fejn infetta aktar minn mitt u għaxart elef ruħ u qatel aktar minn tlett elef u disa’ mitt ruħ. Madankollu skont ċifri ppubblikati mill-għaqda dinjija tas-saħħa joħroġ li aktar minn 62 elf u ħames mitt ruħ li ntlaqtu b’dan il-virus fiequ minn din l-influwenza.

Aqra aktar

It-tobba u l-infermiera fl-Isptar Mater Dei b’ilbies protettiv minħabba l-coronavirus

Jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba ħafna t-tliet membri tal-familja Taljana li s-Sibt li għadda nstab li kellhom il-coronavirus wara li ġew minn btala fl-Italja.

Dan iddikjarah it-tabib Charles Mallia Azzopardi li qed jieħu ħsieb il-kura tat-tifla ta’ tnax-il sena u l-ġenituri tagħha fl-Isptar Mater Dei.

“Kundizzjoni tagħhom hija stabbli. Kuntenti bis-sitwazzjoni kif inhi minn naħa tagħna. U nispera li tibqa’ l-stess.”

Aqra aktar

Send this to a friend