Coronavirus – Page 10 – One News

Notifiki

ARA: Il-linji gwida għal sport sigur

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rilassament tal-miżuri konċernanti mal-isport, hekk kif fil-ġranet li ġejjin se jiftħu numru ta’ faċiliatjiet sportivi ‘outdoor’ ta’ SportMalta u l-atleti se jkunu jistgħu jerġgħu jipprattikaw l-isport tagħhom fil-miftuħ.Aqra aktar

Palumbo tagħti donazzjoni ta’ 13-il tunnellata ikel lill-proġett Food Aid

It-tarzna ta’ Palumbo tat donazzjoni ta’ 13-il tunnellata tal-oġġetti tal-ikel lill-proġett Food Aid, sabiex itaffi l-pressjoni li qed issib bħalissa, hekk kif żdiedet id-domanda għall-ikel minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.

Il-President tat-tarzna ta’ Palumbo, Antonio Palumbo qal li minkejja bħalissa huwa żmien diffiċli, din il-kumpanija ħaset li tagħmel din id-donazzjoni sabiex juru solidarjetà ma’ dak vulnerabbli u dawk fil-bżonn.

Il-provista tal-ikel tinkludi fiha 6,240kg għaġin, 9,336 bott piżelli u 4,704 bottijiet tat-tadam, flimkien ma’ prodotti oħra ta’ ikel bażiku.

Dan il-proġett tal-Food Aid twaqqaf mill-Fondazzjoni Foodbank Lifeline f’Marzu li għadda, meta bdiet il-pandemija tal-Coronavirus sabiex tgħin lil dawk il-familji u individwi fil-bżonn.

Send this to a friend