Budget 2021 – Page 6 – One News

Notifiki

Il-Gvern se jerġa’ jqassam il-vouchers tal-€100

Kif ħabbar il-Prim Ministru lbieraħ, fid-diskors tal-Budget, il-Ministru għall-Finanzi qal li għal darb’oħra l-Gvern se jerġa’ jqassam il-vouchers tal-€100.

Din id-darba l-vouchers se jkunu maqsumin b’€60 li jistgħu jintefqu fir-ristoranti, lukandi fost oħrajn u l-€40 l-oħra jistgħu jissarrfu fil-ħwienet u servizzi.

Il-vouchers se jitqassmu lil kull min jagħlaq 16-il sena sal-aħħar ta’ din is-sena. Din il-miżura se tiswa lill-Gvern €50 miljun.

Żieda ta’ €1.75 fil-COLA u massimu ta’ €95 f’rifużjoni tat-taxxa

Fil-Parlament, hu u jressaq il-budget għall-2021, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li l-kumpens għall-għoli tal-ħajja, magħrufa bħala l-COLA, se jkun ta’ €1.75. Din iż-żieda tirrifletti l-inflazzjoni baxxa li kellna dan l-aħħar 12-il xahar u hija maħduma skont formula stabbilita bejn l-imsieħba soċjali kollha fi ħdan l-MCESD.  Aqra aktar

Send this to a friend