Bħala parti mill-Budget 2021 se jibqgħu fis-seħħ numru ta’ skemi li qed jinċentivaw l-investiment f’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.Aqra aktar

Bħala parti mill-Budget 2021 se jibqgħu fis-seħħ numru ta’ skemi li qed jinċentivaw l-investiment f’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.Aqra aktar
Mill-ewwel ta’ Jannar tas-sena d-dieħla ser titwaqqaf l-importazzjoni ta’ Single-Use Plastics. Dan sabiex fis-sena ta’ wara ser ikun qiegħed jieqaf il-bejgħ ta’ dawn il-prodotti. Fil-qari tal-budget intqal kif f’dan iż-żmien tranżitorju ser ikun importanti li l-pubbliku ġenerali jsir iżjed konxju tal-ħsara li jagħmel il-plastik mhux riċiklabbli fuq l-ambjent. Aqra aktar
Fis-sena li ġejja ser ikun qed jinbeda x-xogħol fuq il-bini ta’ ċimiterju ġdid tal-annimali f’pajjiżna.
L-Assoċjazzjoni Maltija ta’ min iħaddem, l-MEA, innotat b’sodisfazzjon il-fatt li l-Gvern estenda l-ħlas tal-pagi tal-ħaddiema sa’ Marzu li ġej. Din kienet miżura li xhur ilu tħabbret bħala parti minn pakkett ta’ għajnuna li ried itaffi l-impatt negattiv li ġarrbu n-negozji u l-ħaddiema kawża tal-pandemija Covid-19. Aqra aktar
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li tul is-sena d-dieħla aktar toroq arterjali, residenzjali u rurali f’Għawdex se jkunu qed jinbnew mill-ġdid. Se jkun qed isir ukoll xogħol ta’ ta’ restawr ta’ statwi u niċeċ li jinsabu mxerrda mal-pajsaġġ Għawdxi kollu.Aqra aktar
Faxxa ikbar ta’ persuni li jaħdmu għal rashom ser igawdu minn eżenzjoni tal-VAT hekk kif it-threshold se tiżdied minn €20,000 għal €30,000. Din il-miżura ser tara li dawn l-operaturi li jaqilgħu inqas minn din is-somma titnaqqsilhom il-burokrazija. Aqra aktar
L-iskema ta’ għajnuna mill-Gvern fi ħlas tal-pagi magħrufa aħjar bħala l-Covid Wage Supplement ser tkun estiża sal-aħħar ta’ Marzu tas-sena d-dieħla. Dan b’nefqa li tlaħħaq l-€200 miljun. Aqra aktar
Wara li fil-budget li għadda, il-Gvern kompla jestendi s-servizz ta’ Tal-Linja Card b’xejn għal kull min jgħodd 75 sena jew aktar, il-Ministru Edward Scicluna ħabbar li s-sena d-dieħla l-Gvern se jestendi tal-Linja Card b’xejn għall-anzjani minn 70 sena ‘il fuq.Aqra aktar
Wara li Gvern Laburista beda jinċentiva persuni li jkunu qed jixtru l-ewwel propjetà tagħhom, minn għada, persuni eliġibbli għall-iskema tal-First Time Buyers se jkunu eżenti mit-taxxa tal-boll fuq l-ewwel €200,000 tal-prezz tal-propjetà li jkunu se jixtru flok fuq l-ewwel €175,000 tal-prezz tal-propjetà.Aqra aktar
Il-Budget għas-sena d-dieħla ser jinkludi fih żieda ta’ €700 fir-rata massima ta’ sussidju annwali li qed jingħataw lill-anzjani li għażlu li jibqgħu jgħixu fi djarhom u jimpjegaw persuna full time jew part time biex tieħu ħsiebhom. Dan ifisser li r-rata massima ta’ sussidju annwali li qed jingħataw l-anzjani ser tiżdied minn €5,291 għal €6,000. Aqra aktar
Send this to a friend