Budget 2021 – Page 4 – One News

Notifiki

Is-sena d-dieħla jitlesta l-proġett tas-Central Link u mistennija aktar proġetti ġodda infrastrutturali

Tul is-sena d-dieħla l-Gvern ser ikun qed ikompli bl-investiment qawwi fl-infrastruttura ta’ pajjiżna. Dan permezz ta’ bini ta’ iktar toroq arterjali, residenzjali u rurali.  Fost il-proġetti ġodda li ser jinbdew hemm xogħol fuq il-mini ta’ Ħal Kirkop u l-Airport Intersection Project, il-Luqa Junction Project u l-Imsida Creek Junction. Dan filwaqt li ser isir xogħol ta’ manutenzjoni u titjib fuq diversi toroq residenzjali u rurali u r-rinovazzjoni fuq l-mini ta’ Santa Venera, Ħal Kirkop, Tal-Qroqq u Ta’ Giorni. Aqra aktar

Minn Jannar li ġej se titwaqqaf l-importazzjoni ta’ Single-Use Plastics

Mill-ewwel ta’ Jannar tas-sena d-dieħla ser titwaqqaf l-importazzjoni ta’ Single-Use Plastics.  Dan sabiex fis-sena ta’ wara ser ikun qiegħed jieqaf il-bejgħ ta’ dawn il-prodotti.  Fil-qari tal-budget intqal kif f’dan iż-żmien tranżitorju ser ikun importanti li l-pubbliku ġenerali jsir iżjed konxju tal-ħsara li jagħmel il-plastik mhux riċiklabbli fuq l-ambjent. Aqra aktar

Send this to a friend