Budget li joffri direzzjoni ġdida għas-settur turistiku f’pajjiżna

Il-budget għas-sena d-dieħla alloka s-somma ta’ €95 miljun għas-settur turistiku. Somma rekord li tiżboq b’għaxar miljun dik allokata għal din is-sena. Hekk stqarret il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli li spjegat kif il-budget għas-sena d-dieħla joffri influss ta’ €30 miljun oħra minn fondi li ġejjin mill-ħamsin miljun ewro f’vouchers li għal darba oħra ser ikun qed jagħti dan il-Gvern. Aqra aktar

Budget ta’ impenn favur il-wirt nazzjonali, is-settur kulturali u l-gvernijiet lokali

Dan il-budget huwa wieħed ta’ impenn favur is-settur kulturali u kreattiv u l-ħidma tal-gvernijiet lokali. Hekk stqarr il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, José Herrera, li spjega kif dan kien budget ta’ kontinwità u li jindirizza l-isfidi preżenti minħabba l-pandemija b’mod tanġibbli. Dan hekk kif il-budget ħaseb ukoll fl-artisti u dawk kollha li jaħdmu fis-settur kulturali u kreattiv. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Għal Bernard Grech dan kien budget ta’ riċiklaġġ

F’konferenza tal-aħbarijiet wara li l-Gvern ressaq il-budget, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sejjaħ il-budget li fih il-Gvern reġa’ ta l-vouchers tal-mitt ewro, ta żieda oħra fil-pensjonijiet u fiċ-children’s allowance u ta ġurnata oħra leave lill-ħaddiema, bħala wieħed ta’ riċiklaġġ.Aqra aktar

‘Bis-suppliment li se jagħti l-Gvern nistgħu inżommu l-ħaddiema fix-xogħol’- l-MHRA

L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Lukandiera u r-Ristoranti, l-MHRA, qalet li is-suppliment li l-Gvern qed jagħti lill-kumpaniji għall-ħlas tal-pagi se jgħin biex bosta ħaddiema fis-settur turistiku jżommu xogħolhom.

Dan kien is-sentiment li bih il-President tal-MHRA Tony Zahra rreaġixxa għad-diskors tal-budget 2021. Aqra aktar

L-istabbilimenti tal-ikel jgħidu li l-vouchers tal-Gvern ħallew impatt tremend fuq xogħolhom

L-Assoċjazzjoni tal-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb laqgħet b’sodisfazzjoni il-fatt li l-gvern se jerġa’ jqassam sett vouchers ta’ mitt ewro li jistgħu jissarfu f’bosta stabbilimenti.Aqra aktar

Send this to a friend