Budget 2020 – Page 4 – One News

Notifiki

Baġit għaqli għal soċjetà ġusta – GWU

Il-General Workers’ Union hi tal-fehma li l-ġid u l-istabilità ekonomika li ilha fis-seħħ għal dawn l-aħħar seba’ snin, fl-aħħar waslet biex il-Gvern laqa’ l-proposta tagħha u matul is-sena d-dieħla se jagħti bidu għat-twessiegħ fil-prinċipju ta’ ħlas ugwali għal xogħol ugwali għall-ħaddiema kollha tal-kuntratturi li jagħtu servizz f’kumpaniji privati. Din l-aħbar hija rebħa għall-GWU għax qed ikun rikonoxxut il-ħtieġa li fil-privat ukoll iridu jinbidlu l-affarijiet, jekk verament irridu li jinqata’ l-prekarjat f’pajjiżna.Aqra aktar

Inċentivi għall-ħolqien ta’ impjiegi f’Għawdex

Wara li matul is-sena, komplew jiżdiedu l-impjiegi f’Għawdex, il-Gvern ħabbar inċentivi ġodda li se jwasslu għall-ħolqien ta’ impjiegi fil-gżira tat-tliet għoljiet.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li s-sena d-dieħla nħoloq fond ġdid biex Għawdex ikun destinazzjoni għall-konferenzi.

Permezz tal-Gozo Business Scheme, il-Gvern se jkompli jinċentiva lis-settur privat billi jtejjeb l-istartup tax credit għal negozji ġidda miftuħa f’Għawdex.

Ħabbar li se jingħataw inċentivi fiskali, fost l-oħrajn fuq spejjeż ta’ traslokar lil dawk il-kumpaniji li jirrilokaw l-operat tagħhom lejn Għawdex u għal dawk il-kumpaniji li joħolqu impjieg ġodda fil-qasam tat-teleworking u back office minn għawdex.Aqra aktar

Investiment għall-operazzjonijiet robotiċi

Fis-settur tas-saħħa l-Gvern se jkompli jinvesti b’mod qawwi hekk kif se jiġu vvutati flus għall-apparat ġdid li kapaċi jagħmel operazzjonijiet b’sistema robotika, speċjalment fil-qasam tal-onkoloġija.

Punt notevoli ieħor fil-Budget imħabbar fil-Parlament huwa dak fejn il-Gvern se jintensifika l-investiment fil-kura primarja li tnaqqas pressjoni żejda fuq Mater Dei.

Wara ċ-ċentru reġjonali fin-nofsinhar ta’ Malta issa mistenni jinħoloq ieħor għat-tramuntana tal-pajjiż.

Il-Gvern semma wkoll l-isptar Monte Karmeli li se jkompli għaddej minn tiġdid id f’id mal-istrateġija nazzjonali għas-saħħa mentali.

Dan apparti l-impenn għax-xiri ta’ mediċini ġodda fosthom dawk tal-qalb, ċirkolazzjoni, tal-kanċer, mard tal-ġilda u anki dak rari.

Għal dawk li jegħlbu l-ġlieda tal-marda tal-kanċer b’suċċess, il-Gvern se jindirizza wkoll il-bżonnijiet tagħhom b’għadd ta’ servizzi li se jintroduċi.

Aqra aktar

Aktar nies igawdu mit-trasport pubbliku b’xejn

Mill-ewwel ta’ Jannar li ġej it-trasport pubbliku b’xejn se jingħata wkoll lill-anzjani li jagħlqu l-ħamsa u sebgħin sena.

B’din il-miżura li issa se testendi għaliex diġa hemm dawk żgħażagħ bejn erbatax u għoxrin sena li ma jħallsux imqar ċenteżmu wieħed għat-trasport pubbliku, se jintlaqtu b’mod pożittiv ukoll dsatax-il elf anzjan.Aqra aktar

Dawk b’diżabilità severa se jirċievu paga minima

Mis-sena d-dieħla persuni b’diżabilità severa li assolutament ma jistgħux jaħdmu se jibdew jirċievu l-ekwivalenti tal-paga minima nazzjonali.

Fil-Budget imressaq għall-elfejn u għoxrin dawk b’diżabilità severa se jibdew jirċievu ftit aktar minn mija u sittin ewro fil-ġimgħa bħala parti mill-pensjoni tad-diżabilità.

Dan ifisser li minn Jannar li ġej, dawk b’diżabilità severa se jirċievu żieda ta’ ħdax-il ewro fil-ġimgħa minn dak li qed jirċievu bħalissa.

Fil-Budget, il-Gvern qal li din il-miżura tassew b’ruħ soċjali se jibbenefikaw minnha sitta mija u ħamsin persuna.Aqra aktar

Send this to a friend