Budget 2020 – Page 2 – One News

Notifiki

Fil-budget 2020 il-Gvern alloka €753 miljun għall-qasam tas-saħħa

F’konferenza tal-aħbarijiet mis-sensiela “Budget 2020 – Inkomplu Nikbru Flimkien”, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li għas-sena li ġejja, il-Gvern iddedika aktar minn żewġ miljun ewro kuljum għall-qasam tas-saħħa, b’nefqa totali li f’sena tlaħħaq is-753 miljun ewro. Aktar mid-doppju ta’ kemm kienu ġew ivvutati flus fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista. Aqra aktar

Budget b’għaqal għal soċjetà aktar ġusta

Budget b’għaqal għal soċjetà aktar ġusta”.

Hekk iddeskriva l-baġit għall-elfejn u għoxrin is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, Josef Bugeja, li rrimarka diversi miżuri li fi kliemu għandhom ikomplu jgħinu lil dawk l-aktar vulnerabbli.

Fost l-oħrajn, semma l-miżura ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq is-sahra, iż-żieda fil-pensjonijiet, u miżuri favur il-persuni b’diżabilità. Aqra aktar

Send this to a friend