Budget 2019 – Page 8 – One News

Notifiki

Tiżdied il-Paga Minima Nazzjonali

Se jibqa’ fis-seħħ il-ftehim Nazzjonali li sar fl-2017 li pprometta żieda fil-paga minima. Il-ftehim stipula li impjegati fuq il-paga minima jittellgħu minnha wara li jkunu ilhom sena fl-impjieg ma’ min iħaddimhom. Il-ħaddiem ikun intitolat għal żidiet ta’ €3 fil-ġimgħa tul it-tieni sena fl-impjieg, u fit-tielet sena għal żieda ta’ €3 addizzjonali fil-ġimgħa. Aqra aktar

Il-Ħaddiema se jkollhom ġurnata oħra leave mis-sena d-dieħla

Il-ħaddiema se jibbenefikaw minn ġurnata oħra mal-leave tagħhom. Dan wara li tul din is-sena, il-Gvern beda jimplementa wegħda elettorali elwenija tiegħu li jagħti lura lill-ħaddiema l-ġranet tal-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħ

Il-Gvern qed se jkun qed jagħmel dan bħala mezz biex jippremja lill-ħaddiema Maltin għall-bżulija tagħhom u biex jinħoloq bilanċ bejn il-ħin tax-xogħol u l-ħin liberu tal-ħaddiema.

Send this to a friend