Żieda ta’ €4.50 fil-ġimgħa għal 92,000 pensjonant

92,000 pensjonant se jkun qed jieħu żieda ta’ €4.50 fil-ġimgħa.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna fejn spjega kif fl-2019 il-Gvern se jkun qed jagħti żieda ta’ €2.17 fil-ġimgħa lill-pensjonanti kollha tas-sigurtà soċjali, ċioeˋ pensjonanti tal-Irtirar, Romol, tal-Invaliditaˋ u dawk li jirċievu l-Pensjoni tal-Età.Aqra aktar

Tibqa’ fis-seħħ għotja ta’ €300 lil anzjani li għandhom aktar minn 75 sena

L-għotja ta’ €300 fis-sena lil dawk li għalqu l-75 sena, u li għadhom jgħixu fid-djar tagħhom,se tkompli tingħata tul is-sena d-dieħla. Dan ikkonfermah il-Ministru Edwrd Scicluna waqt li kien qed iħabbar il-baġit għas-sena d-dieħla fil-Parlament.

Din l-għotja se tiswa €9 miljun fis-sena, u se jibbenefikaw minnha ’l fuq minn 29,000 anzjan u anzjana.

Żieda ta’€5.14 fil-ġimgħa f’Għajnuna Medika lil persuni b’mark kroniku

Mis-sena d-dieħla l-Gvern se jkun qed iżid il-ħlas tal-Għajnuna Medika mhux kontributorja  b’€5.14 fil-ġimgħa lil dawk il-persuni miżżewġin fejn hemm żewġ adulti li jbatu minn mard kroniku u li qed jirċievu din l-Għajnuna.Aqra aktar

Send this to a friend