Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja għas-sena d-dieħla se tkun ta’ €1.75 fil- ġimgħa, dan wara li sar l-aġġustament għal din is-sena kif kien tħabbar fil-baġit tas-sena preċedenti.

Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja għas-sena d-dieħla se tkun ta’ €1.75 fil- ġimgħa, dan wara li sar l-aġġustament għal din is-sena kif kien tħabbar fil-baġit tas-sena preċedenti.
Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, żvela permezz ta’ twitter it-tema għall-baġit li se jinqara llejla. Għalkemm il-baġit ikun maħsub għas-sena ta’ wara, fl-aħħar sigħat il-Prim Ministru indika b’mod ċar li dan se jkun baġit ieħor li jibni fiċ-ċiklu ekonomiku tal-gvern fejn issa l-enfasi hija li Malta tagħmel qabża oħra b’mod li tkun lesta għall-futur. Fil-fatt, it-tema hija marbuta ma’ dak li issa ilu jitkellem dwar l-Prim Ministru għal bosta jiem li wara li pajjiżna bena sisien sodi issa jrid jibdew jħejjih għall-Ġenerazzjoni Li Jmiss. Il-futur nistgħu nitkellmu dwaru iktar wara li kien irreġistrat surplus u l-aqwa tkabbir ekonomiku fl-Ewropa. Żdied ukoll ix-xogħol u naqas il-faqar.
Il-Gvern se jkompli jintensifika l-ħidma kontra l-konġestjoni tat-traffiku hekk kif se tkun qed tiġi mwaqqfa aġenzija responsabbli mill-infrastruttura tat-toroq.Aqra aktar
Studenti gradwati mhumiex minsija f’dan il-Budget hekk kif dawk li jiksbu Masters u PHD se jgawdu minn eżenzjoni mit-taxxa sa massimu ta’ sittin elf ewro.
Dan ikompli jgħin lil dawn il-ħaddiema ġodda biex wara s-sagrifiċċju li jkunu għamlu biex ilestu l-istudju tagħhom issa jsibuha iktar faċli li jintegraw fil-ħajja tax-xogħol.
Mis-sena skolastika li jmiss ġenituri ta’ tfal li jattendu skejjel indipendenti u tal-knisja mhux se jkollhom iħallsu iktar għat-trasport ta’ uliedhom.Aqra aktar
L-eżamijiet din is-sena mhux se jiġuk spiża bħas-snin ta’ qabel. Dan hekk kif il-prezz tal-ezamijiet tas-SEC u tal-MATSEC se jkun qed jonqos bin-nofs.
Miżura li se twassal biex is-sena d-dieħla l-ħlas tal-eżamijiet jitneħħa għal-kollox.
Il-Gvern se jkun qed jagħti aktar inċentivi biex b’hekk jinħolqu aktar impjiegi ġodda mas-settur privat f’Għawdex. Dan billi għal kull impjegat li jiġi offrut kuntratt ta’ tliet snin jew iktar, se tkun qed tingħata rifużjoni ta’ 30% tal-paga medja ta’ impjegat sa massimu ta’ €6,000. Aqra aktar
Send this to a friend