Se jkun qed jingħata grant sa massimu ta’ €10,000 meta jinxtraw vetturi magħrufa bħala wheelchair
accessible taxi (WAT). Aqra aktar

Se jkun qed jingħata grant sa massimu ta’ €10,000 meta jinxtraw vetturi magħrufa bħala wheelchair
accessible taxi (WAT). Aqra aktar
Il-Gvern se jkompli jintensifika l-ħidma kontra l-konġestjoni tat-traffiku hekk kif se tkun qed tiġi mwaqqfa aġenzija responsabbli mill-infrastruttura tat-toroq.Aqra aktar
Filwaqt li tal-linja card diġa qed tintuża b’xejn minn żgħażagħ ta’ 18 –il sena, issa se tkun qed tingħata liż-żgħażagħ kollha ta’ bejn is-16 u l-20 sena. B’hekk kull żgħażugħ se jkun jista’ jibbenefika minn massimu ta’ €312 fis-sena għall-erba’ snin konsekuttivi.Aqra aktar
Il-gvern se jnaqqas it-taxxa tal-boll sa massimu ta’ €3,000 għal dawk il-persuni li jbiegħu l-ewwel propjeta’u jixtru propjeta oħra. Il-persuni ma jridx ikollhom propjetajiet oħra .Aqra aktar
B’investiment ta’ sittax-il miljun ewro b’fondi ewropej u nazzjonali ser isir xogħol f’109 blokok ta’ appartamenti tal-gvern li jilqgħu mal-2,350 resident.Aqra aktar
Mal-300 persuna oħra se jiġu mgħejuna biex isiru sidien ta’ djarhom.Aqra aktar
Anzjani li jmorru jgħixu f’dar tal-anzjani , se jkollhom l-opportunita li jagħtu lura lill-gvern il-post li kienu jikru minn għand il-gvern biex jerġa jintuża għal housing soċjali.Dawk li bħalissa tinqatalhom 80% tal-pensjoni se tinqatalhom 60%. U dawk li tinqatalhom 60% tal-pensjoni se tinqatalhom 40% tal-pensjoni. B’hekk dawn l-anzjani se jieħdu lura f’buthom bejn €1,350 u €2,700 fis-sena skont il-pensjoni tagħhom. Miżura li se tapplika ukoll għal dawk l-anżjani li diġa jgħixu f’tali istituzzjoni.Aqra aktar
Sabiex il-Gvern iħajjar sidien ta’ residenzi mhux użati li jiġu rranġati u offruti bħala units għal skop ta’ housing soċjali, l-Awtorità tad-Djar se toħroġ skema fejn se toffri assistenza finanzjarja sa massimu ta’ €25,000 għal kull residenza fuq xogħlijiet ta’ tiswija u riabilitazzjoni ta’ proprjetajiet privati li jinsabu vojta u mitluqa. Biex tingħata din l-għajnuna, is-sidien iridu jintrabtu li jikru l-istess proprjetà lill-Awtorità tad-Djar b’rati ta’ kera vantaġġjużi għall-perjodu ta’ 10 snin , għal skopijiet ta’ housing soċjali.
Dan l-inċentiv se jkun miftuħ għall-ewwel 100 residenza waqt li l-proprjetà trid tkun lesta u fi stat ta’ abitazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tkun approvata l-għajnuna sabiex imbagħad tgħaddi għand l-Awtorità biex tinkera għal skopijiet ta’ housing soċjali.
Il-gvern reġa wessa treshold sabiex aktar persuni jikkwalifikaw għas-sussidju tal-kera. Dan sabiex il-gvern jgħin aktar persuni li jgħixu f’postijiet tal-kiri u jibdew jibbenefikaw huma wkoll mis-sussidju. L-anzjani li għandhom 65 sena jew aktar se jingħataw thresholds speċjali biex jibbenefikaw aktar għal dan is-sussidju. L-Awtorità tal-Housing se tkun qiegħda tippubblika l-kriterji ta’ din il-miżura.
Il-gvern ser iħalli l-iskema ta’ “Nikru biex Nassistu” miftuħa. B’hekk ser iżied l-istokk ta’ binjiet għal skop ta’ housing soċjali . Din l-iskema, tħajjar sidien ta’ proprjetà biex jikru l-proprjetà tagħhom lill-Awtorità tad-Djar għall-perjodu ta’ għaxar snin .
Il-Gvern se jkun qed ikompli bil-programm ta’ ftuħ ta’ djar għal persuni b’diżabilità.
Għas-sena d-dieħla hemm maħsub xogħol u tagħmir ta’ tliet djar oħra għal adulti b’diżabilità intellettwali, inkluż persuni b’awtiżmu u b’imġieba diffikultuża.
Fl-istess waqt, se ssir ħidma biex jingħata bidu għat-twaqqigħ u l-bini mill- ġdid tad-dar residenzjali u ċ-Ċentru għal Matul il-Jum li hemm fil-Qasam tal-Vajrita f’Wied il-Għajn.
Il-proġett għandu jieħu madwar erba’ snin biex jitlesta. Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, se tniedi taqsima biex tiżgura u tinforza d-drittijiet u l-interessi ta’ persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom.
Send this to a friend