Se titwaqqaf Kummissjoni għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi bl-iskop li jkunu mgħejjuna għaqdiet sportivi biex jinvestu u jikkumerċjalizzaw il-faċilitajiet tagħhom.Aqra aktar

Se titwaqqaf Kummissjoni għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi bl-iskop li jkunu mgħejjuna għaqdiet sportivi biex jinvestu u jikkumerċjalizzaw il-faċilitajiet tagħhom.Aqra aktar
Il-Gvern se jkompli bil-proċess biex l-Isptar Mater Dei jkollu binja ġdida għall-Out-Patients li permezz tagħha jiżdied l-għadd ta’ kliniċi fejn l-ispeċjalisti jaraw aktar pazjenti.Aqra aktar
F’Għawdex ukoll mistennija qabża oħra ‘l quddiem, bl-Għawdxin se jkollhom l-akbar sptar li qatt kellhom bi 350 sodda. Fl-istess waqt se jinbenda ċentru tas-saħħa primarja ġdid u centru ta’ riċerka medika.
Kif imwiegħed fil-Manifest elettorali se jitwessa u jiġi estiż is-servizz tal-IVF biex aktar persuni jsiru ġenituri.
Se tidaħħal ukoll tilqima ġdida għat-tfal fil-programm nazzjonali tat-tilqim, bil-għan li jonqsu l-infezzjonijiet fit-tfal taħt il-ħames snin fosthom il-meninġite u infezzjonijiet fid-demm.
Se jiġi estiż il-programm tal-istikek taz-zokkor u tal-insulina. Waqt dan il-Budget tħabbar ukoll li se jkun qed jiġi aġġornat it-trattament tal-HIV.
Dan filwaqt li jissokta l-investiment f’żewġ ċentri tas-saħħa ġodda f’Ħal Kirkop u f’Raħal Ġdid li għandu jservi ta’ ċentru reġjonali.Aqra aktar
Il-gvern determinat biex jintlaħaq ftehim settorali ġdid mal-unjin tal-Ġħalliema biex minnu jibdew jibbenefikaw l-għalliema.
Il-gvern se jinvesti wkoll fl-infrastruttura edukattiva biex sa sentejn oħra l-pajjiż ikollu erba’ skejjel ġodda. Dawn l-iskejjel ġodda se jinbnew f’Wied il-Għajn, il-Qawra, l-Imsida u r-Rabat Għawdex.
Bħala parti minn aktar investiment f’Għawdex il-Gvern se jkun qed ikompli t-tisħiħ tas-servizzi ta’ trasport lejn u minn Għawdex. Aqra aktar
Se jinbeda x-xogħol sabiex l-istrateġija nazzjonali dwar il-kriminalità tiġi implimentata biex tassigura li l-istrateġija tal-kriminalità u l-aggressur tissaħħaħ mid-dipartiment li qed jippilotaha. Aqra aktar
Send this to a friend