Il-baġit għas-sena dieħla se jara eluf ta’ pensjonanti jgawdu minn żieda fil-pensjoni tagħhom.
Din hija t-tielet sena konsekuttiva li l-Gvern se jkun qed jgħolli l-pensjonijiet wara li kienu ilhom ffriżati għal ħamsa u għoxrin sena.
Il-Ministru tal-Finanzi ħabbar li b’nefqa ta’ disa’ miljun ewro fis-sena, mad-disgħin elf pensjonant (90,000) se jgawdu minn żieda ta’ żewġ ewro oħra fil-ġimgħa. Dan minbarra ż-żieda ta’ ewro u ħamsa u sebgħin ewro fil-ġimgħa bħala kumpens għall-għoli tal-ħajja.
Matul is-sena d-dieħla se tkompli r-riforma kbira favur il-ħelsien mit-taxxa fuq il-pensjonijiet li diġà gawdew minnha 22,000 pensjonant tant li 9,000 minnhom ma baqgħux iħallsu taxxa. Aqra aktar