Il-jiem ta’ bejn it-3 u 5 t’Ottubru se jitfgħu dawl fuq dak li kiseb pajjiżna f’temp ta’ ftit xhur fil-qasam diġitali, partikolarment f’teknoloġiji ġodda magħrufa bħala Distributed Ledger Technologies , bħall-Blockchain. Dan permezz tad-DELTA Summit, li se jiġbor fih l-aktar nies voċiferi li huma l-uċuħ ta’ Rivoluzzjoni Blockchain, jew kif isejħulha l-esperti, ir-Raba’ Rivoluzzjoni Industrijali b’impatt daqs l-invenzjoni tal-Internet.
Id-DELTA Summit se tesponi lil Malta bħala d-dar għall-innovazzjoni ekonomika, il-post li jilqa’ t-teknoloġja ġdida, u bħala l-għażla naturali għall-investituri li joperaw f’dan il-qasam.
Malta saret l-ewwel ġurisdizzjoni fid-dinja li toffri qafas regolatorju li jirregola dan il-qasam b’mod li ma joħnoqx l-innovazzjoni. Il-Gvern ra li jagħti ċertezza legali lil dan is-settur, liema ċertezza hija bbażata fuq 3 prinċipji, l-istabilità tas-suq, l-integrità tas-suq u protezzjoni lill-konsumatur. Viżjoni li kienet milqugħa ferm, b’kumpaniji ewlenin f’dan il-qasam ħabru d-deċiżjoni tagħhom li jirrilokaw jew li jkollhom xi tip ta’ preżenza f’Malta.Aqra aktar