Għalkemm mhux pajjiżna, imma s-sitwazzjoni fl-Italja tolqotna mill-qrib. Hawn min jgħid li r-riżultati tal-futbol Taljan l-aktar li jimpurtah. Jien naqa’ u nqum mir-riżultati, għax naħseb li negozju sar il-futbol. Aqra aktar

Għalkemm mhux pajjiżna, imma s-sitwazzjoni fl-Italja tolqotna mill-qrib. Hawn min jgħid li r-riżultati tal-futbol Taljan l-aktar li jimpurtah. Jien naqa’ u nqum mir-riżultati, għax naħseb li negozju sar il-futbol. Aqra aktar
Mhux se nintilef fuq Dr George Hyzler, għax twil wisq għal hawn, imma se jkun fl-Orizzont il-Ħamis li ġej.
Hawn jinteressani li nġib partijiet minn sentenza ta’ libell li Simon Busuttil kien għamel għax kien hemm allegazzjonijiet li ħa ħafna direct orders, meta hu fil-programm Xarabank tal-14 ta’ Marzu, 2014 kien saħaq li kollox kien sar mill-kumpanija li fiha kellu sehem wara sejħa għall-offerti.Aqra aktar
Wara li ktibt l-aħħar darba, kelli ħafna mistoqsijiet. Kien hemm min xammha mal-ewwel, għax lil min tafu tistaqsix għalih. Mhux kull maġistrat jew maġistrata għandhom l-istess tifsila. Anzi hemm ħafna materjal tajjeb u nies b’sens ta’ ġustizzja. Se nitkellem fuq maġistrati nisa, li llum maġġoranza. Aqra aktar
Fuq fb tiegħi tkellimt fuq il-liġijiet dwar l-abort, u għedt li huwa l-Parlament Malti biss li jista’ jibdel il-liġijiet bħal dawn. U naturalment li l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandha x’taqsam xejn ma’ tibdil bħal dan.
Weġibni wieħed Joseph Ghigo u għamel paragrafu sħiħ li jekk ikun hemm aktar siġġijiet għas-soċjalisti, jitla’ Frans Timmermans li jrid jagħmel l-abort bħala dritt tal-mara. Dan kien qed jidwi dak li qal Adrian Delia, u jitqanżħu ħalli jġibu lil min jemmnu. Storja antika din! Meta l-Partit Nazzjonalista jkun qed jegħreq ifittex il-salvawomo tal-biża’ msejsa fuq ir-reliġjon.
Jaf illi f’pajjiżna ma hawnx maġġoranza li trid tibdil fil-liġi tal-abort, u allura jipprova jkanta fuq il-valuri.Aqra aktar
Luigi Di Maio u Matteo Salvini. Jew jekk tippreferi Matteo Salvini u Luigi Di Maio. Ma jaqblu f’xejn.
Salvini favur proġetti kbar infrastrutturali-fosthom it-TAV, il-linja tal-ferrovija li ghandha tgħaqqad lill-belt ta’ Torino mal-belt Franċiza ta’ Lyons . Imma Di Maio kontra.
Di Maio favur is-solidarjeta’ mal-immigranti. Salvini bla dubju kontra. Tant li għalaq il-portijiet Taljani għal kull żbark ta’ immigranti.
Salvini iżur l-Ungerija u jitpaxxa bil-ħajt li bena l-Gvern Ungeriż biex ma jħalli lill-ebda immigrant illegali jidħol fil-pajjiż. Di Maio favur soċjeta’ aktar inklussiva.
Di Maio jifraħ li l-Prim Ministru Giuseppe Conte issospenda lis-sottosegretarju Armando Siri tal-Lega , il-partit ta’ Salvini, mill-eżekuttiv wara akkużi ta’ tixħim. Salvini infurjat għal din id-deċiżjoni.Aqra aktar
Din l-espressjoni meħuda mill-Kotba Mqaddsa. U verament tixraq f’dawn il-ġranet li nħatru sitt ġudikanti ġodda. Mhux se noqgħod nitkellem fuq il-kwalitajiet tagħhom, għax dawk jissarrfu meta jkunu qed jaħdmu. Ukoll kaxxa magħluqa. Kull wieħed u waħda minnhom jieħu l-ġurament, u fuq kollox għandu d-dinjità tiegħu. Jaf li għajnejn in- nies se jkunu fuqu. Fl-imgħoddi kien ikun hemm attenzjoni fuq l-anqas tentufa ta’ ħajjithom, u tal-familja tagħhom, u anke tat-tendenzi sesswali tagħhom. Imma ħafna ħwejjeġ inbidlu.
Mhux qed niċċajta. Kont smajt li darba kien hemm Maġistrat li kien tajjeb ħafna, u bieżel u għaqli, imma kien omosesswali. Malli ħarġet il-kelma kellu jirriżenja!Aqra aktar
Tiftakru meta ġew tal-Kummissjoni ta’ Venezja? U għedtilkom li aħjar inkantawlhom il-kanzunetta ta’ Marco Masini? Liema waħda? Naturalment dik Vaffan….
Jekk kien hemm prova kemm kelli raġun biżżejjed li wieħed jara x’ġara f’dawn il-jiem. Ġejna biex nagħżlu President tar-Repubblika. Il-Partit Laburista għażel sewwa li Dr George Vella. Wara ftit il-Partit Nazzjonalista, u dan ngħidu b’ġieh għalihom, iddikjaraw li lesti li jagħtu l-appoġġ tagħhom lin-nomina ta’ Dr George Vella.Aqra aktar
Kull min bħali, huwa attivist tal-Partit Laburista, bilfors jaf lir-Ronnie Pellegrini.
Ronnie ma kienx persuni tal-kameras, kien persuna tax-xogħol, tas-sagrifiċċju, tal-impenn, tad-determinazzjoni, punt ta’ riferiment u leali.
Qed nitkellem hekk fuqu mhux għax ħalliena, iżda għax huwa dak li nemmen, dak li esperjenżajt u bħali hemm ħafna.Aqra aktar
Dr George Vella huwa bniedem li ma jinbidel qatt. Dawk li huma prinċipji tas-sewwa għalih ma humiex taċ-chewing gum, jiġġebdu ‘l hawn u ‘l hemm. Jien nafu kemm professjonalment bħala tabib u aktar u aktar bħala bniedem fil-politika, mingħajr ma kien politikant. Id-differenza hija li meta tkun politiku tiswa għal dak li tgħid u tagħmel, il-ħsibijiet tiegħek u tara kif jistgħu jitwettqu, u fuq kollox tagħti l-eżempju. Il-politikant ikun fil-politika, imma għall-vot ma hemmx kelma oħra aħjar milli tgħid “jitqaħħab”.
L-istaġun tal-unuri fil-films jilħaq il-quċċata nhar il-Ħadd 24 ta’ Frar bil-91 ċeremonja tal-Oscars. Imma x’tip ta’ ċeremonja sejra tkun?
Send this to a friend