L-edukazzjoni huwa qasam li ma jmut qatt. Kulħadd jaqbel ġustament li mingħajr dan il-qasam bażiku u kruċjali, ma nkampawx. Li kieku mhux għall-iskejjel u kull min jaħdem f’dan il-qasam, m’għandniex għalliema mħarrġa, tobba, infermiera, avukati, bankiera, riċerkaturi, xjentisti, jew kwalunkwe professjoni u anke sengħa oħra li b’xi mod tolqot il-ħajja ta’ kuljum. Issa anke s-suġġetti vokazzjonali reġgħu ngħataw ir-rikonoxximent li ħaqqhom.
L-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi żviluppaw ħafna, u llum il-ġurnata joffru servizzi eċċellenti lill-familji tagħna. Bla dubju ħaqqhom kull rikonoxximent u għajnuna biex ikomplu jikbru.
Nemmen biss f’nuqqas wieħed li s’issa ma tantx jidher li kien preżenti fit-traġitt edukattiv – ċertu ħiliet bażiċi li l-ħajja adulta ddur madwarhom.Aqra aktar